4 U hu jagħmel il-ħaqq fost il-ġnus+ u jirranġa+ l-affarijiet kollha għall-ġid taʼ ħafna popli.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra.+ Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.+
7 Għall-kobor tal-ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-sod+ u jsaħħaħha permezz tal-ġustizzja+ u s-sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.+
18 “Mhix se tinstemaʼ iktar il-vjolenza f’artek, it-tħarbit jew it-tiġrif ’il ġewwa mill-fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-bibien tiegħek Tifħir.
12 għax aħna ma nissarawx+ kontra d-demm u l-laħam, imma kontra l-gvernijiet,+ kontra l-awtoritajiet,+ kontra l-ħakkiema dinjin+ taʼ dan id-dlam, kontra l-forzi taʼ l-ispirti mill-agħar+ fil-postijiet tas-sema.