LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 34:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf,+ jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi u d-​dnub,+ imma bl-​ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-​kastig,+ u jġib il-​kastig għall-​iżball tal-​missirijiet fuq l-​ulied u fuq ulied l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.”+

  • Neħemija 9:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Għalhekk, ma ridux jisimgħu,+ u ma ftakrux+ fl-​atti taʼ l-​għaġeb tiegħek li int wettaqt għalihom, imma webbsu rashom+ u ħatru kap+ biex imorru lura lejn il-​jasar tagħhom fl-​Eġittu. Imma int Alla t’atti taʼ maħfra,+ grazzjuż+ u mimli ħniena,+ bil-​mod biex tirrabja+ u għani+ fil-​qalb tajba bl-​imħabba, u ma tlaqthomx.+

  • Salm 65:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  3 L-iżbalji tiegħi għelbuni.+

      In-​nuqqasijiet tagħna, int se tgħattihom.+

  • Salm 86:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  5 Għax int, O Ġeħova, tajjeb+ u lest li taħfer;+

      U l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi abbundanti maʼ dawk kollha li jsejħulek.+

  • Isaija 1:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 “Ejjew, issa, ħa nirranġaw l-​affarijiet taʼ bejnietna,” jgħid Ġeħova.+ “Għalkemm dnubietkom ikunu bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-​silġ;*+ għalkemm ikunu ħomor bħad-​drapp krimżi, se jsiru bħas-​suf.

  • Isaija 44:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Se nħassar il-​ksur tal-​liġi tiegħek bħal bi sħaba,+ u dnubietek bħal bi sħab oħxon. Erġaʼ lura lejja,+ għax jien nixtrik lura.+

  • Ġeremija 50:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 “U f’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “se jitfittex l-​iżball taʼ Israel,+ imma ma jkunx iktar; kif ukoll id-​dnubiet taʼ Ġuda,+ imma ma jinstabux, għax jien se naħfer lill-​fdal li nħalli.”+

  • Danjel 9:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 Taʼ Ġeħova Alla tagħna huma l-​ħniniet+ u l-​atti taʼ maħfra,+ għax aħna rribellajna kontrih.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja