24 Ara! Din il-belt ġew għaliha u bnew rampi biex jassedjawha+ u jirbħuha,+ u l-belt se tingħata f’idejn il-Kaldin li qed jiġġieldu kontriha,+ minħabba s-sejf+ u l-ġuħ+ u l-pesta;+ u dak li għedt seħħ, u hawn hu qed tarah.+
7 Fl-aħħar, il-belt ġiet minfuda;+ u l-gwerriera kollha ħarbu jiġru+ u telqu mill-belt bil-lejl mill-bieb taʼ bejn iż-żewġ ħitan li hemm ħdejn il-ġnien tas-sultan,+ waqt li l-Kaldin kienu madwar il-belt kollha; u baqgħu sejrin mit-triq taʼ l-Għaraba.+