41Mela ġara fis-sebaʼ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama,+ min-nisel irjali+ u wieħed mill-kbarat tas-sultan, u għaxart irġiel miegħu+ ġew għand Gedalija bin Aħikam f’Mispa.+ U hemmhekk bdew jieklu biċċa ħobż flimkien f’Mispa.+
2 Imbagħad Ismagħel bin Netanija u l-għaxart irġiel li kienu miegħu qamu u ħabtu għal Gedalija, bin Aħikam, bin Safan, bis-sejf.+ B’hekk, hu qatel lil dak li s-sultan taʼ Babilonja kien inkarigah mill-pajjiż.+