21 biex titwettaq il-kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ sakemm l-art tkun ħallset is-Sabatijiet tagħha.+ Il-jiem kollha li baqgħet ħerba żammet is-Sabat, sakemm għaddew sebgħin sena.+
12 “‘U jiġri li meta jgħaddu sebgħin sena,+ nitlob kont mis-sultan taʼ Babilonja u minn dak il-ġens,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘għall-iżball tagħhom, iva, mill-art tal-Kaldin,+ u nagħmilha art abbandunata għal żmien indefinit.+
2 fl-ewwel sena li beda jsaltan, jien, Danjel, indunajt mill-kotba bl-għadd tas-snin li dwarhom Ġeħova kien kellem lill-profeta Ġeremija,+ biex titwettaq il-ħerba taʼ Ġerusalemm,+ jiġifieri, sebgħin sena.+
5 “Għid lin-nies kollha tal-pajjiż u lill-qassisin, ‘Meta somtu+ u kien hemm il-biki fil-ħames xahar u fis-sebaʼ xahar,+ u dan għal sebgħin sena,+ verament somtu għalija, iva, għalija?+