LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Salm 113:1-118:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 113 Faħħru lil Jah!+

      Offru tifħir lil Ġeħova, O qaddejja tiegħu,+

      Faħħru isem Ġeħova.+

       2 Ħa jitbierek isem Ġeħova+

      Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

       3 Minn tlugħ ix-​xemx sa nżulha+

      L-​isem taʼ Ġeħova għandu jiġi mfaħħar.+

       4 Ġeħova għola ’l fuq mill-​ġnus kollha;+

      Il-​glorja tiegħu hi ’l fuq mis-​smewwiet.+

       5 Min hu bħal Ġeħova Alla tagħna,+

      Hu li jgħammar fl-​għoli?+

       6 Qed jitbaxxa biex iħares lejn is-​sema u l-​art,+

       7 Iqajjem lill-​batut mit-​trab;+

      Jgħolli lill-​fqir mill-​ħofra taʼ l-​irmied,+

       8 Biex iqiegħdu bil-​qiegħda man-​nobbli,+

      Man-​nobbli tal-​poplu tiegħu.+

       9 Jagħti lill-​mara li ma jistax ikollha tfal dar fejn tgħammar+

      Bħala omm ferħana bl-​ulied.+

      Faħħru lil Jah!+

      114 Meta Israel ħareġ mill-​Eġittu,+

      U dar Ġakobb minn poplu li jitkellem lingwa ma tinftihemx,+

       2 Ġuda sar il-​post qaddis tiegħu,+

      Israel id-​dominju grandjuż tiegħu.+

       3 Il-baħar ra u ħarab;+

      Il-​Ġordan beda jerġaʼ lura.+

       4 Il-muntanji qabżu bħall-​imtaten,+

      L-​għoljiet bħall-​ħrief.

       5 Xi ġralek, O baħar, biex ħrabt,+

      O Ġordan, biex bdejt terġaʼ lura?+

       6 O muntanji, għala bdejtu taqbżu bħall-​imtaten,+

      O għoljiet, bħall-​ħrief?+

       7 O art, imtela bil-​biżaʼ* minħabba l-​Mulej,+

      Minħabba l-​Alla taʼ Ġakobb,

       8 Li qed jibdel il-​blata f’għadira taʼ l-​ilma kollha qasab,+

      Blata taż-​żnied f’għajn taʼ l-​ilma.+

      115 Aħna ma jistħoqqilna xejn, O Ġeħova, aħna ma jistħoqqilna xejn,+

      Imma lil ismek agħtih glorja+

      Skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, skond il-​verità tiegħek.+

       2 Għala għandhom il-​ġnus jgħidu:+

      “Fejn hu, issa, Alla tagħhom?”+

       3 Imma Alla tagħna hu fis-​smewwiet;+

      Kulma għoġbu jagħmel għamlu.+

       4 L-idoli tagħhom huma fidda u deheb,+

      Xogħol idejn il-​bniedem.+

       5 Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu;+

      Għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw;+

       6 Widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu.+

      Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu.+

       7 Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu.+

      Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu;+

      Ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom.+

       8 Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+

      Dawk kollha li jafdaw fihom.+

       9 O Israel, afda f’Ġeħova;+

      Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

      10 O dar Aron, poġġu l-​fiduċja tagħkom f’Ġeħova;+

      Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

      11 Intom li tibżgħu minn Ġeħova, afdaw f’Ġeħova;+

      Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

      12 Ġeħova ftakar fina; hu se jbierek,+

      Se jbierek lil dar Israel,+

      Se jbierek lil dar Aron.+

      13 Se jbierek lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova,+

      Iż-​żgħar kif ukoll il-​kbar.+

      14 Ġeħova se jagħtikom iż-​żjieda,+

      Lilkom u lil uliedkom.+

      15 Intom imberkin minn Ġeħova,+

      Dak li għamel is-​sema u l-​art.+

      16 Is-smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-​smewwiet,+

      Imma l-​art taha lil ulied il-​bnedmin.+

      17 Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah,+

      Lanqas kulmin jinżel fis-​skiet.+

      18 Imma aħna se nbierku lil Jah+

      Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

      Faħħru lil Jah!+

      116 Jien nimtela bl-​imħabba meta Ġeħova jismaʼ+

      Leħni, it-​talb bil-​ħrara tiegħi.+

       2 Għax hu mejjel widintu lejja,+

      U jien insejjaħlu tul jiemi kollha.+

       3 Il-ħbula tal-​mewt dawruni+

      U kont f’ċirkustanzi taʼ niket bħallikieku fil-​Qabar.*+

      Inkwiet u dwejjaq bqajt insib.+

       4 Imma jien sejjaħt isem Ġeħova:+

      “O Ġeħova, eħlisli ruħi!”+

       5 Ġeħova grazzjuż u ġust;+

      Alla tagħna hu ħanin.+

       6 Ġeħova qed iħares lil dawk taʼ bla esperjenza.+

      Kont batut, u hu salvani, iva, lili.+

       7 Mur lura lejn il-​post taʼ mistrieħ tiegħek, O ruħi,+

      Għax Ġeħova nnifsu aġixxa b’mod xieraq miegħek.+

       8 Għax int ħlistli ruħi mill-​mewt,+

      Għajnejja mid-​dmugħ, saqajja mit-​tfixkil.+

       9 Jien se nimxi+ quddiem Ġeħova fl-​artijiet tal-​ħajjin.+

      10 Kelli l-​fidi,+ u għalhekk tkellimt.+

      Kont qed insofri ħafna.

      11 Min-naħa tiegħi, meta kont mifxul bil-​paniku għedt:+

      “Kull bniedem hu giddieb.”+

      12 X’se nagħti lil Ġeħova+

      Għall-​benefiċċji kollha li tani?+

      13 Se naqbad il-​kies tas-​salvazzjoni grandjuża,+

      U nsejjaħ l-​isem taʼ Ġeħova.+

      14 Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+

      Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu.

      15 Prezzjuża f’għajnejn Ġeħova

      Hi l-​mewt taʼ dawk leali lejh.+

      16 Jaħasra, O Ġeħova,+

      Għax jien il-​qaddej tiegħek.+

      Iva, jien il-​qaddej tiegħek, bin l-​ilsira tiegħek.+

      Int ħallejtli l-​irbit tiegħi.+

      17 Lilek se noffri s-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr,+

      U isem Ġeħova nsejjaħ.+

      18 Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+

      Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu,+

      19 Fil-btieħi tad-​dar taʼ Ġeħova,+

      F’nofsok, O Ġerusalemm.+

      Faħħru lil Jah!+

      117 Faħħru lil Ġeħova, intom il-​ġnus kollha;+

      Igglorifikawh, intom it-​tribujiet kollha.+

       2 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba li wriena hi setgħana;+

      U l-​verità+ taʼ Ġeħova hi għal dejjem.

      Faħħru lil Jah!+

      118 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

      Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

       2 Ħa jgħid issa Israel:

      “Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

       3 Ħa jgħidu issa dawk taʼ dar Aron:+

      “Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

       4 Ħa jgħidu issa dawk li jibżgħu minn Ġeħova:+

      “Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

       5 Meta kont f’ċirkustanzi taʼ niket sejjaħt lil Jah;+

      Jah wieġeb u qegħedni f’post spazjuż.+

       6 Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi; m’iniex se nibżaʼ.+

      X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?+

       7 Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi fost dawk li jgħinuni,+

      Sabiex inħares rebbieħ lejn dawk li jobogħduni.+

       8 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+

      Milli tafda fil-​bniedem.+

       9 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+

      Milli tafda fin-​nobbli.+

      10 Il-ġnus kollha dawruni.+

      Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+

      11 Daru għalija, iva, dawruni.+

      Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.

      12 Huma daru għalija bħan-​naħal;+

      Intfew bħan-​nar taʼ l-​għollieq.+

      Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+

      13 Imbottawni bis-​saħħa biex naqaʼ,+

      Imma Ġeħova għenni.+

      14 Jah hu l-​kenn u s-​setgħa tiegħi,+

      U għalija jsir salvazzjoni.+

      15 Il-leħen t’għajat ferrieħi u taʼ salvazzjoni+

      Qiegħed fit-​tined+ tal-​ġusti.+

      Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+

      16 Il-leminija taʼ Ġeħova qed titgħolla;+

      Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+

      17 M’iniex se mmut, imma nibqaʼ ngħix,+

      Biex inxandar l-​għemejjel taʼ Jah.+

      18 Jah ikkoreġieni bil-​kbir,+

      Imma ma tanix f’idejn il-​mewt.+

      19 Iftħuli l-​bibien tas-​sewwa.+

      Jien nidħol minnhom; infaħħar lil Jah.+

      20 Dan hu l-​bieb taʼ Ġeħova.+

      Il-​ġusti se jidħlu minnu.+

      21 Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni+

      U sirt is-​salvazzjoni tiegħi.+

      22 Il-ġebla li twarrbet mill-​bennejja+

      Saret il-​ġebla tax-​xewka taʼ fuqnett.+

      23 Dan seħħ mingħand Ġeħova;+

      F’għajnejna din hi ħaġa taʼ l-​għaġeb.+

      24 Dan hu l-​jum li għamel Ġeħova;+

      Se nifirħu u nithennew fih.+

      25 Issa, O Ġeħova, salvana, jekk jogħġbok!+

      Issa, O Ġeħova, għinna nirnexxu, jekk jogħġbok!+

      26 Ħa jkun imbierek Dak li ġej f’isem Ġeħova;+

      Aħna berikniekom mid-​dar taʼ Ġeħova.+

      27 Ġeħova hu d-​Divin,+

      U jagħtina d-​dawl.+

      Żejnu l-​parata tal-​festa+ bil-​friegħi,+

      Sal-​qrun taʼ l-​artal.+

      28 Int id-​Divin tiegħi, u jien se nfaħħrek;+

      Alla tiegħi—se neżaltak.+

      29 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

      Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja