31 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Ilkoll kemm intom titfixklu minħabba dak li se ngħaddi minnu dan il-lejl, għax hu miktub, ‘Nidrob lir-ragħaj, u n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu.’+
32 Ara! Ġejja s-siegħa, u tabilħaqq ġiet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru+ u tħalluni waħdi; u madankollu m’iniex waħdi, għax il-Missier qiegħed miegħi.+