LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Salm 45:superskrizzjoni-17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji. Taʼ wlied Koraħ. Maskil.*

      Għanja tan-​nisa maħbubin.

      45 Qalbi tqanqlet b’ħaġa tajba.+

      Qed ngħid: “Xogħlijieti huma dwar sultan.”+

      Jalla lsieni jkun bħall-​pinna+ taʼ kopista tas-​sengħa.+

       2 Int tassew isbaħ minn ulied il-​bnedmin.+

      Il-​ġmiel tferraʼ fuq xofftejk.+

      Għalhekk bierkek Alla għal dejjem.+

       3 Ħażżem sejfek+ fuq ġenbek, O setgħan,+

      Flimkien mad-​dinjità u l-​glorja tiegħek.+

       4 U fil-​glorja tiegħek mur u rnexxi;+

      Irkeb għall-​kawża tal-​verità, l-​umiltà, u s-​sewwa,+

      U idek il-​leminija tistruwik dwar affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ.+

       5 Il-vleġeġ misnunin tiegħek se jidħlu f’qalb l-​għedewwa tas-​sultan;+

      Taħtek jaqgħu l-​popli.+

       6 Alla hu t-​tron tiegħek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem;+

      Ix-​xettru taʼ saltnatek hu xettru rett.+

       7 Int tħobb il-​ġustizzja+ u tobgħod il-​ħażen.+

      Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek,+ dilkek+ biż-​żejt tal-​ferħ+ iktar minn sħabek.+

       8 Ħwejġek kollha mirra u sabbara u kassja;+

      Mill-​palazz grandjuż taʼ l-​avorju,+ l-​istrumenti tal-​korda jferrħuk.

       9 Il-bniet+ tas-​slaten huma fost in-​nisa prezzjużi tiegħek.

      Mart is-​sultan+ qagħdet fuq lemintek liebsa d-​deheb t’Ofir.+

      10 Ismaʼ, O bint, u ara, u mejjel widintek;

      U insa lil niesek u ’l dar missierek.+

      11 Is-sultan jixxennaq għal sbuħitek,+

      Għax hu sidek,+

      Mela mil quddiemu.+

      12 Bint Tir ukoll ġiet b’għotja;+

      L-​għonja tal-​poplu se jfittxu l-​approvazzjoni tiegħek.+

      13 Bint is-​sultan glorjuża ferm fid-​dar;+

      Ħwejjiġha rrakkmati bid-​deheb.

      14 Bi lbies minsuġ se tinġieb għand is-​sultan.+

      It-​tfajliet verġni, sħabha, li qed jakkumpanjawha, jiddaħħlu għandek.+

      15 Se jinġiebu bl-​hena u bil-​ferħ;

      Jidħlu fil-​palazz tas-​sultan.

      16 Flok missirijietek+ se jkun hemm uliedek,+

      Li int se taħtarhom bħala prinċpijiet fl-​art kollha.+

      17 Se nsemmi ismek tul il-​ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.+

      Għalhekk ifaħħruk il-​popli għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.

  • Mattew 22:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 “Is-​saltna tas-​smewwiet saret bħal wieħed sultan li għamel festa tat-​tieġ+ għal ibnu.

  • 2 Korintin 11:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 Għax jien għajjur għalikom b’għira bħal dik t’Alla,+ għax jien stess wegħedtkom fiż-​żwieġ+ lil għarus wieħed+ biex nippreżentakom bħala verġni safja+ lill-​Kristu.+

  • Rivelazzjoni 19:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Ħa nithennew u nifirħu bil-​kbir, u ħa nagħtuh il-​glorja,+ għax wasal+ iż-​żwieġ+ tal-​Ħaruf, u martu ħejjiet ruħha.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja