15U minnufih mas-sebħ il-qassisin ewlenin flimkien max-xjuħ u l-iskribi, saħansitra s-Sinedriju kollu, ikkonsultaw bejniethom,+ rabtu lil Ġesù, ħaduh, u tawh f’idejn Pilatu.+
28 Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-palazz tal-gvernatur.+ Issa kien fil-għodu kmieni. Imma huma stess ma daħlux fil-palazz tal-gvernatur biex ma jitniġġsux,+ u jkunu jistgħu jieklu l-ikla tal-Qbiż.