8 Hu jiblaʼ l-mewt għal dejjem,+ u l-Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-dmugħ mill-uċuħ kollha.+ U t-tmaqdir tal-poplu tiegħu se jneħħih mill-art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.
19 “Il-mejtin tiegħek se jgħixu.+ Il-katavri se jqumu.+ Stenbħu u għajtu bil-ferħ, O residenti tat-trab!+ Għax in-nida tiegħek+ hi bħan-nida tal-ħobbejż,+ u l-art se tħalli jitwieldu lil dawk bla qawwa fil-mewt.+
12 U rajt il-mejtin, il-kbar u ż-żgħar,+ weqfin quddiem it-tron, u nfetħu r-rombli. U nfetaħ romblu ieħor, ir-romblu tal-ħajja.+ U l-mejtin ġew ġudikati fuq dak li kien miktub fir-rombli skond l-għemejjel tagħhom.+