6 Ara! Jien wieqaf hemmhekk quddiemek fuq il-blata fil-Ħoreb.* U int trid tagħti daqqa fuq il-blata, u l-ilma joħroġ minnha, u n-nies jixorbu.”+ U Mosè hekk għamel taħt għajnejn ix-xjuħ taʼ Israel.
8 “Ħu l-ħatar+ u iġbor il-ġemgħa flimkien, int u ħuk Aron, u kellmu lill-blata quddiem għajnejhom u din trid tagħti l-ilma tagħha; u int oħorġilhom l-ilma mill-blata u isqi lill-ġemgħa u lill-bhejjem tat-tagħbija tagħhom.”+
14 Kulmin jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iktar ma jaqbdu għatx,+ imma l-ilma li nagħtih jien isir fih għajn taʼ ilma ġieri+ biex jagħtih il-ħajja taʼ dejjem.”+
4 u lkoll xorbu l-istess xorb spiritwali.+ Għax kienu jixorbu mill-blata+ spiritwali li kienet timxi warajhom, u din il-blata+ kienet tirrappreżenta lill-Kristu.+