8 “Ħu l-ħatar+ u iġbor il-ġemgħa flimkien, int u ħuk Aron, u kellmu lill-blata quddiem għajnejhom u din trid tagħti l-ilma tagħha; u int oħorġilhom l-ilma mill-blata u isqi lill-ġemgħa u lill-bhejjem tat-tagħbija tagħhom.”+
15 li ġiegħlek timxi fix-xagħri kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ bi sriep velenużi+ u skorpjuni u b’ħamrija niexfa, bla ilma; li ħariġlek l-ilma mill-blata taż-żnied;+
15 U tajthom ħobż mis-sema biex ma jkunux bil-ġuħ,+ u ħriġtilhom ilmijiet mill-blat biex ma jkunux bil-għatx,+ u għedtilhom jidħlu+ u jieħdu f’idejhom l-art li int kont għollejt idek b’ħalfa li tagħtihielhom.+
21 U ma qabadhomx l-għatx+ meta mexxiehom minn postijiet imħarbtin.+ Ġiegħel l-ilma jgelgel mill-blata għalihom, u qasam blata sabiex inixxi l-ilma.”+
4 u lkoll xorbu l-istess xorb spiritwali.+ Għax kienu jixorbu mill-blata+ spiritwali li kienet timxi warajhom, u din il-blata+ kienet tirrappreżenta lill-Kristu.+