16 Għax int Missierna;+ għalkemm Abraham innifsu ma kienx jafna u Israel innifsu ma jagħrafniex, int, O Ġeħova, int Missierna. Dak li sa minn żmien twil ilu xtrana lura kemm-il darba, dan hu ismek.+
6 “‘Iben jonora lil missieru;+ u qaddej, lil sidu.+ Mela jekk jien missier,+ fejn hu l-unur li jistħoqqli?+ U jekk jien Sid, fejn hu l-biżaʼ+ minni?’ qalilkom Ġeħova taʼ l-armati, O qassisin li qed tistmerru ismi.+
“‘U intom għedtu: “B’liema mod stmerrejna ismek?”’
10 “Mhux missier wieħed għandna lkoll kemm aħna?+ Mhux Alla wieħed ħalaqna?+ Għala naġixxu bi tradiment bejnietna,+ billi nkasbru l-patt taʼ missirijietna?+