2 Dan ġie għandu bil-lejl+ u qallu: “Rabbi+ aħna nafu li int bħala għalliem+ ġejt mingħand Alla;+ għax ħadd ma jistaʼ jwettaq dawn is-sinjali+ li qed twettaq int jekk Alla ma jkunx miegħu.”+
36 Imma jien għandi x-xiehda li hi akbar minn dik taʼ Ġwanni, għax l-għemejjel li tani Missieri biex inwettaq, dawn l-istess għemejjel li qed nagħmel,+ jixhdu dwari li kien il-Missier li bagħatni.
38 Imma jekk qed nagħmilhom, avolja ma temmnux lili, emmnu l-għemejjel,+ sabiex issiru tafu u tkomplu tkunu tafu li l-Missier hu f’unjoni miegħi u jien f’unjoni mal-Missier.”+
10 Ma temminx li jien f’unjoni mal-Missier u l-Missier f’unjoni miegħi?+ Dak li ngħidilkom ma ngħidux minni nnifsi; imma l-Missier li jibqaʼ f’unjoni miegħi qed jagħmel l-għemejjel tiegħu.+
22 “Irġiel taʼ Israel, isimgħu dan il-kliem: Ġesù n-Nazzarenu,+ raġel li Alla wriekom pubblikament permezz t’għemejjel setgħanin+ u għeġubijiet u sinjali li Alla għamel fostkom+ permezz tiegħu, bħalma tafu intom stess,