6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-Paċi.+
2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.*+
3“Ara! Qed nibgħat lill-messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-tempju Tiegħu+ l-Mulej il-veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-messaġġier+ tal-patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati.+