11 “‘“U jrid iseħħ li, meta jagħlaqlek iż-żmien biex tmur u tkun maʼ missirijietek,+ jien inqajjem nislek warajk li jkun wieħed minn uliedek,+ u tabilħaqq nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu.+
2 F’dak il-jum, ir-rimja+ li Ġeħova jġiegħel li toħroġ tkun għad-dekorazzjoni u għall-glorja,+ u l-frott tal-pajjiż ikun xi ħaġa taʼ min wieħed ikun kburi bih+ u xi ħaġa sabiħa għal dawk minn Israel li ħarbu.+
2 U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-dehra li ġġegħelna nixtiquh.+
5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-għaqal u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.+
8 “‘Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ġożwè l-qassis il-kbir, int u sħabek bil-qiegħda quddiemek, għax huma rġiel li jservu bħala sinjal;+ għax se nġib lill-qaddej tiegħi+ Rimja!+
16 “‘Jien, Ġesù, bgħatt lill-anġlu tiegħi biex jixhdilkom dwar dawn l-affarijiet għall-kongregazzjonijiet. Jien l-għerq+ u n-nisel+ taʼ David, u l-kewkba tiddi taʼ fil-għodu.’”+