14 U l-Kelma sar bniedem+ u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, glorja bħal dik taʼ iben uniġenitu+ mingħand missieru; u kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.+
37 Għalhekk, Pilatu qallu: “Allura int sultan?” Wieġbu Ġesù: “Int stess qed tgħid li jien sultan.+ Għal dan jien twilidt, u għal dan ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità.+ Kulmin qiegħed fuq in-naħa tal-verità+ jismaʼ leħni.”+