14 jien ukoll żgur li nagħti x-xita lir-rabaʼ tagħkom fiż-żmien stabbilit tagħha,+ xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa,+ u int tiġbor il-qmuħ u l-inbid ħelu u ż-żejt tiegħek.
24 Imma ma qalux f’qalbhom: “Issa, ejjew nibżgħu minn Ġeħova Alla tagħna,+ Dak li qed jagħtina l-ħalbiet tax-xita u x-xita tal-ħarifa u x-xita tar-rebbiegħa fl-istaġun tagħha,+ Dak li jħarsilna l-ġimgħat stabbiliti għall-ħsad.”+
23 U intom, ulied Sijon, ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom;+ għax żgur li se jagħtikom ix-xita tal-ħarifa bil-qjies xieraq,+ u se jibgħat fuqkom ħalba xita, xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa, bħal qabel.+
10“Itolbu lil Ġeħova għax-xita+ fi żmien ix-xita tar-rebbiegħa,+ iva, lil Ġeħova li jagħmel is-sħab tal-maltempati+ u li jagħti xita bil-qliel lill-bnedmin,+ il-ħxejjex taʼ l-għalqa lil kull wieħed.+