Proverbji 21:13 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 13 Kulmin isodd widintu għall-ilmenti tal-batut,+ hu wkoll se jsejjaħ u jibqaʼ bla tweġiba.+ Isaija 3:11 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 11 Jaħasra għall-ħażin! Gwaj! Għax kif ittratta lil ħaddieħor se jiġi trattat!+ Mattew 5:7 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 7 “Henjin dawk li jħennu,+ għax għad jintwerew ħniena. Mattew 6:15 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 15 filwaqt li jekk ma taħfrux lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-nuqqasijiet tagħkom.+ Luqa 6:36 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 36 Komplu ħennu bħalma jħenn Missierkom.+
15 filwaqt li jekk ma taħfrux lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-nuqqasijiet tagħkom.+