7 U l-ewwel wieħed daqq it-trumbetta tiegħu. U kien hemm silġ u nar+ imħalltin bid-demm, u twaddbu fuq l-art; u terz mill-art inħaraq,+ u terz mis-siġar inħaraq, u l-ħaxix aħdar+ kollu nħaraq.
10 U t-tielet anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U waqgħet mis-sema kewkba kbira taqbad bħal torċa,+ u waqgħet fuq terz mix-xmajjar u fuq l-għejun taʼ l-ilmijiet.+
12 U r-rabaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U ntlaqat terz mix-xemx u terz mill-qamar u terz mill-kwiekeb, sabiex terz minnhom jiddallam+ u l-jum ma jkollux dawl għal terz+ minnu, u l-lejl l-istess.
9U l-ħames anġlu daqq it-trumbetta tiegħu.+ U rajt kewkba+ li kienet waqgħet mis-sema għal fuq l-art; u ngħatalu l-muftieħ+ tal-ħofra taʼ l-abbiss.+
15 U s-sebaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu.+ U fis-sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: “Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna+ u tal-Kristu* tiegħu,+ u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”+