-
Rivelazzjoni 19:20Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
20 U l-bhima salvaġġa+ nqabdet, u magħha nqabad ukoll il-profeta falz+ li kien iwettaq quddiemha s-sinjali+ li bihom qarraq lil dawk li rċivew il-marka+ tal-bhima salvaġġa u lil dawk li jagħtu qima lix-xbieha tagħha.+ Waqt li kienu għadhom ħajjin, xeħtuhom it-tnejn fl-għadira tan-nar jaqbad bil-kubrit.+
-
-
Rivelazzjoni 20:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 U rajt tronijiet,+ u kien hemm dawk li qagħdu bil-qiegħda fuqhom, u ngħatatilhom il-qawwa li jiġġudikaw.+ Iva, rajt l-erwieħ taʼ dawk maqtulin bil-mannara minħabba li xehdu dwar Ġesù u tkellmu dwar Alla, iva, dawk li la kienu qiemu lill-bhima salvaġġa+ u lanqas lix-xbieha tagħha+ u li ma kinux irċivew il-marka fuq ġbinhom u fuq idhom.+ U ħadu l-ħajja u saltnu+ mal-Kristu għal elf sena.
-