1 Samwel
10 Samwel imbagħad ħa l-flixkun+ taż-żejt u sawwabhulu fuq rasu u biesu+ u qallu: “M’huwiex dan għaliex Ġeħova dilkek bħala mexxej+ fuq il-wirt tiegħu?+ 2 Hekk kif titlaq minn ħdejja llum issib żewġt irġiel qrib il-qabar taʼ Rakele+ fit-territorju taʼ Benjamin f’Selsa, u jgħidulek, ‘Il-ħmir nisa+ li mort tfittex instabu, imma issa missierek m’għadux iħabbel rasu dwar il-ħmir u sar ansjuż dwarkom u qed jgħid: “X’se nagħmel dwar ibni?”’+ 3 U minn hemmhekk tibqaʼ sejjer iktar ’il bogħod u tasal saħansitra sas-siġra l-kbira taʼ Tabor, u hemmhekk jiltaqgħu miegħek tlett irġiel li jkunu telgħin lejn Betel+ biex iqimu lill-Alla l-veru, wieħed iġorr tliet gidjien,+ wieħed iġorr tliet ħobżiet tondi,+ u wieħed iġorr ġarra kbira nbid.+ 4 U jistaqsuk kif int+ u jagħtuk żewġ ħobżiet, u int taċċettahom minn idhom. 5 Imbagħad tasal sa l-għolja taʼ l-Alla l-veru,+ fejn hemm għassa+ tas-suldati tal-Filistin. U jiġri li meta tasal hemmhekk fil-belt, tiltaqaʼ maʼ grupp taʼ profeti+ neżlin mill-post għall-qima,*+ u qabilhom nies bi strument tal-korda,+ b’tanburlin,+ bi flawt,+ u b’arpa,+ waqt li jkunu qed jitkellmu bħala profeti. 6 U l-ispirtu+ taʼ Ġeħova jibda jaħdem fuqek, u int titkellem bħala profeta+ flimkien magħhom u tinbidel f’raġel ieħor. 7 U jrid iseħħ li meta dawn is-sinjali+ jiġu fuqek, agħmel dak li jkun possibbli għal idejk,+ għaliex l-Alla l-veru jkun miegħek.+ 8 U inżel qabli Gilgal;+ u, ara, jien ninżel għandek biex noffri sagrifiċċji tal-ħruq u biex noffri sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ Sebat+ ijiem għandek tibqaʼ tistenna sakemm niġi għandek, u ngħidlek x’għandek tagħmel.”
9 U ġara li, malli dawwar spalltu biex jitlaq minn ħdejn Samwel, Alla biddillu qalbu f’oħra;+ u dawn is-sinjali kollha+ bdew iseħħu dakinhar. 10 Għalhekk, telqu minn hemmhekk lejn l-għolja, u kien hemm grupp taʼ profeti biex jiltaqgħu miegħu; minnufih l-ispirtu t’Alla beda jaħdem fuqu,+ u hu beda jitkellem bħala profeta+ f’nofshom. 11 U ġara li, meta rawh dawk kollha li kienu jafuh qabel, ara, kien qed jipprofetizza mal-profeti. Għaldaqstant, in-nies qalu lil xulxin: “Xi ġralu bin Kis? Sawl ukoll qiegħed fost il-profeti?”+ 12 Imbagħad raġel minn hemmhekk wieġeb u qal: “Imma min hu missierhom?” Huwa għalhekk li sar il-qawl:+ “Sawl ukoll qiegħed fost il-profeti?”
13 Sa fl-aħħar ma baqax jitkellem bħala profeta u wasal fil-post għall-qima. 14 Iktar tard ħu missier Sawl qal lilu u lill-qaddej tiegħu: “Fejn mortu?” Qallu: “Infittxu l-ħmir,+ u bqajna sejrin biex naraw insibuhomx, imma ma kinux hemmhekk. Għalhekk, morna għand Samwel.” 15 Għal dan, iz-ziju taʼ Sawl qalilhom: “Għiduli, jekk jogħġobkom, X’qalilkom Samwel?” 16 Imbagħad Sawl qal lil zijuh: “Qalilna bla dubju taʼ xejn li l-ħmir kienu nstabu.” U l-kwistjoni tal-kariga taʼ sultan li Samwel kien tkellem dwarha ma qallux biha.+
17 U Samwel ġabar in-nies flimkien quddiem Ġeħova f’Mispa+ 18 u qal lil ulied Israel: “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ ‘Kont jien li ħriġt lil Israel mill-Eġittu u li ħlistkom minn id l-Eġittu+ u minn id is-saltniet kollha li kienu qed jaħqrukom.+ 19 Imma intom—intom illum ċħadtu lil Alla tagħkom+ li kien dak li salvakom mill-ħażen kollu tagħkom u min-niket tagħkom, u għedtu: “Le, imma għandek tqiegħed sultan fuqna.” U issa ieqfu quddiem Ġeħova bit-tribujiet tagħkom+ u bl-eluf tagħkom.’”
20 Għaldaqstant, Samwel ressaq qrib it-tribujiet kollha taʼ Israel,+ u ntgħażel it-tribù taʼ Benjamin.+ 21 Imbagħad ressaq qrib it-tribù taʼ Benjamin skond il-familji tiegħu, u ntgħażlet il-familja tal-Matrin.+ Fl-aħħar intgħażel Sawl, bin Kis.+ U fittxewh, u ma setgħux isibuh. 22 Għalhekk, reġgħu staqsew+ lil Ġeħova: “Diġà ġie hawnhekk ir-raġel?” U Ġeħova wieġeb: “Hawn hu, moħbi+ qalb is-soror.” 23 Għalhekk, telqu jiġru u ġabuh minn hemmhekk. Meta qagħad bil-wieqfa f’nofs il-poplu, hu kien itwal min-nies l-oħrajn kollha u kien jgħaddihom minn spallejh ’il fuq.+ 24 U Samwel qal lin-nies kollha: “Rajtuh lil dak li ntgħażel minn Ġeħova,+ li m’hemm ħadd bħalu fost in-nies kollha?” U n-nies kollha bdew jgħajtu u jgħidu: “Ħa jgħix is-sultan!”+
25 Imbagħad Samwel kellem lin-nies dwar dak li bi dritt jitlob minnhom is-sultan+ u kitbu fi ktieb u poġġieh quddiem Ġeħova. U Samwel bagħat lin-nies kollha, kull wieħed lejn daru. 26 U Sawl mar lejn daru f’Gibegħa,+ u l-irġiel qalbenin li Alla kien messilhom qalbhom marru miegħu.+ 27 U l-irġiel li ma kienu tajbin għal xejn+ qalu: “Kif se jsalvana dan?”+ Għaldaqstant stmerrewh,+ u ma ġabhulu ebda għotja.+ Imma hu baqaʼ ma qal xejn.+