6 Imbagħad l-ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu ċarrtu fi tnejn, qisu meta xi ħadd iċarrat gidi fi tnejn, u ma kellu xejn f’idu. U lil missieru u lil ommu ma qalilhomx x’kien għamel.
13 Għaldaqstant, Samwel ħa l-qarn taż-żejt+ u dilku f’nofs ħutu. U l-ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuq David minn dakinhar ’il quddiem.+ Iktar tard Samwel qam u telaq lejn Rama.+
6 Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.
5 Mhux għax aħna minna nfusna kwalifikati biżżejjed biex inqisu li xi ħaġa ġejja minna stess,+ imma l-fatt li aħna kwalifikati biżżejjed ġej minn Alla,+