10 Issa l-ispirtu+ taʼ Ġeħova ġie fuqu, u hu sar l-imħallef taʼ Israel. Meta ħareġ għall-battalja, Ġeħova tah f’idu lil Kusan-risgħatajm is-sultan tas-Sirja, u b’hekk idu għelbet+ lil Kusan-risgħatajm.
29 L-ispirtu taʼ Ġeħova issa ġie fuq Ġefta,+ u hu għadda minn Gilegħad u Manasse u minn Mispe taʼ Gilegħad,+ u minn Mispe taʼ Gilegħad baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon.
6 Imbagħad l-ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu ċarrtu fi tnejn, qisu meta xi ħadd iċarrat gidi fi tnejn, u ma kellu xejn f’idu. U lil missieru u lil ommu ma qalilhomx x’kien għamel.
10 Għalhekk, telqu minn hemmhekk lejn l-għolja, u kien hemm grupp taʼ profeti biex jiltaqgħu miegħu; minnufih l-ispirtu t’Alla beda jaħdem fuqu,+ u hu beda jitkellem bħala profeta+ f’nofshom.
13 Għaldaqstant, Samwel ħa l-qarn taż-żejt+ u dilku f’nofs ħutu. U l-ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuq David minn dakinhar ’il quddiem.+ Iktar tard Samwel qam u telaq lejn Rama.+