LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Imħallfin 3:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Issa l-​ispirtu+ taʼ Ġeħova ġie fuqu, u hu sar l-​imħallef taʼ Israel. Meta ħareġ għall-​battalja, Ġeħova tah f’idu lil Kusan-risgħatajm is-​sultan tas-​Sirja, u b’hekk idu għelbet+ lil Kusan-risgħatajm.

  • Imħallfin 11:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 L-ispirtu taʼ Ġeħova issa ġie fuq Ġefta,+ u hu għadda minn Gilegħad u Manasse u minn Mispe taʼ Gilegħad,+ u minn Mispe taʼ Gilegħad baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon.

  • Imħallfin 13:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Maż-żmien, l-​ispirtu taʼ Ġeħova+ beda jqanqlu f’Maħane-dan+ bejn Sorgħa+ u Estagħol.+

  • Imħallfin 14:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Imbagħad l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu ċarrtu fi tnejn, qisu meta xi ħadd iċarrat gidi fi tnejn, u ma kellu xejn f’idu. U lil missieru u lil ommu ma qalilhomx x’kien għamel.

  • Imħallfin 15:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Hu wasal Leħi, u l-​Filistin, min-​naħa tagħhom, għajtu bil-​ferħ malli rawh.+ U l-​ispirtu taʼ Ġeħova+ beda jaħdem fuqu, u l-​ħbula li kienu maʼ dirgħajh saru bħal ħjut taʼ l-​għażel maħruqin bin-​nar,+ u b’hekk l-​irbit tiegħu dab minn maʼ idejh.

  • Isaija 63:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U wieħed beda jiftakar fil-​jiem taʼ żmien twil ilu, f’Mosè l-​qaddej tiegħu: “Fejn hu Dak li ħariġhom mill-​baħar+ permezz tar-​rgħajja tal-​merħla tiegħu?+ Fejn hu Dak li poġġa fih l-​ispirtu qaddis Tiegħu?+

  • Żakkarija 4:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-​kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-​ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja