LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Numri 11:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 U jien ninżel+ u nkellmek hemmhekk;+ u nieħu ftit mill-​ispirtu+ li qiegħed fuqek u nqiegħdu fuqhom, u jkollhom jgħinuk iġġorr it-​tagħbija tal-​poplu, biex ma ġġorrhiex waħdek.+

  • Imħallfin 6:34
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 34 U l-​ispirtu taʼ Ġeħova+ ġie fuq Gidegħon u hu daqq il-​qarn,+ u l-​Abi-għeżrin+ issejħu flimkien għal warajh.

  • Imħallfin 11:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 L-ispirtu taʼ Ġeħova issa ġie fuq Ġefta,+ u hu għadda minn Gilegħad u Manasse u minn Mispe taʼ Gilegħad,+ u minn Mispe taʼ Gilegħad baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon.

  • Imħallfin 14:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Imbagħad l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu ċarrtu fi tnejn, qisu meta xi ħadd iċarrat gidi fi tnejn, u ma kellu xejn f’idu. U lil missieru u lil ommu ma qalilhomx x’kien għamel.

  • Imħallfin 15:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Hu wasal Leħi, u l-​Filistin, min-​naħa tagħhom, għajtu bil-​ferħ malli rawh.+ U l-​ispirtu taʼ Ġeħova+ beda jaħdem fuqu, u l-​ħbula li kienu maʼ dirgħajh saru bħal ħjut taʼ l-​għażel maħruqin bin-​nar,+ u b’hekk l-​irbit tiegħu dab minn maʼ idejh.

  • 1 Samwel 11:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U l-​ispirtu+ t’Alla beda jaħdem fuq Sawl malli semaʼ dan il-​kliem, u r-​rabja tiegħu xegħlet bis-​sħiħ.+

  • 1 Samwel 16:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Għaldaqstant, Samwel ħa l-​qarn taż-​żejt+ u dilku f’nofs ħutu. U l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuq David minn dakinhar ’il quddiem.+ Iktar tard Samwel qam u telaq lejn Rama.+

  • 2 Kronaki 15:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Issa l-​ispirtu+ t’Alla ġie fuq Għażarija, bin Għoded.+

  • Isaija 63:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U wieħed beda jiftakar fil-​jiem taʼ żmien twil ilu, f’Mosè l-​qaddej tiegħu: “Fejn hu Dak li ħariġhom mill-​baħar+ permezz tar-​rgħajja tal-​merħla tiegħu?+ Fejn hu Dak li poġġa fih l-​ispirtu qaddis Tiegħu?+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja