Dewteronomju
12 “Dawn huma r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li għandkom toqogħdu attenti li twettquhom+ fl-art li Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietek, se jħallik tiħodha f’idejk, il-jiem kollha sakemm iddumu ħajjin f’din l-art.+ 2 Għandkom teqirdu+ għalkollox il-postijiet kollha fejn il-ġnus li qed tiħdulhom il-proprjetà tagħhom qdew lill-allat tagħhom, fuq il-muntanji għoljin u fuq l-għoljiet u taħt kull siġra tħaddar.+ 3 U tridu ġġarrfu l-artali tagħhom+ u tfarrku l-pilastri sagri tagħhom,+ u għandkom taħarqu l-arbli sagri tagħhom+ fin-nar u tqaċċtu x-xbihat minquxin+ taʼ l-allat tagħhom, u tridu teqirdu ismijiethom minn dak il-post.+
4 “Tagħmlux hekk lil Ġeħova Alla tagħkom,+ 5 imma fittxu l-post li Ġeħova Alla tagħkom jagħżel mit-tribujiet kollha tagħkom biex hemmhekk iqiegħed ismu ħalli dan jgħammar hemmhekk, u hemmhekk għandek tmur.+ 6 U hemmhekk ħudu l-offerti tal-ħruq,+ is-sagrifiċċji tagħkom, l-għexur tagħkom,+ il-kontribuzzjoni taʼ idkom,+ l-offerti b’wegħda,+ l-offerti volontarji tagħkom,+ u l-ewwel imweldin mill-baqar u min-nagħaġ tagħkom.+ 7 U hemmhekk kulu quddiem Ġeħova Alla tagħkom+ u thennew b’kull xogħol li tagħmlu,+ intom u n-nies taʼ darkom, għaliex Ġeħova Alla tiegħek bierkek.
8 “Tagħmlux bħalma qed nagħmlu aħna hawnhekk illum, kull wieħed dak li jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh,+ 9 għax għadkom ma dħaltux fil-post taʼ mistrieħ+ u fil-wirt li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 10 U tridu taqsmu l-Ġordan+ u tgħammru fl-art li Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom biex tkun tagħkom,+ u hu żgur li jagħtikom il-mistrieħ mill-għedewwa kollha taʼ madwarkom, u intom tgħammru fis-sigurtà.+ 11 U jrid iseħħ li l-post+ li jagħżel Ġeħova Alla tagħkom biex ismu jgħammar hemmhekk ikun fejn intom iġġibu dak kollu li kkmandajtkom dwaru, l-offerti tal-ħruq,+ is-sagrifiċċji tagħkom, l-għexur tagħkom,+ il-kontribuzzjoni+ taʼ idkom, u kulma tagħżlu mill-offerti b’wegħda+ li twiegħdu lil Ġeħova. 12 U tithennew quddiem Ġeħova Alla tagħkom,+ intom u wliedkom subien u bniet u l-ilsiera tagħkom irġiel u nisa u l-Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebkom, għax m’għandu ebda sehem jew wirt magħkom.+ 13 Oqgħod attent li ma tmurx toffri l-offerti tal-ħruq fi kwalunkwe post ieħor li tara.+ 14 Imma għandek toffri l-offerti tal-ħruq fil-post li jagħżel Ġeħova f’wieħed mit-tribujiet tiegħek, u hemmhekk għandek tagħmel kulma qed nikkmandak.+
15 “Madankollu, kulmeta ruħek tixxennaq għal-laħam tistaʼ toqtol+ ’il ġewwa minn bwiebek kollha, u tiekol skond il-barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek. Min mhux nadif+ u min hu nadif jistaʼ jieklu, bħalma jiekol l-għażżiela* u ċ-ċerv.+ 16 Huwa biss id-demm li ma tistgħux tieklu.+ Għandek tferrgħu fl-art bħall-ilma.+ 17 Ma tistax tiekol ’il ġewwa minn bwiebek il-parti minn għaxra tal-qmuħ tiegħek+ jew taʼ l-inbid ġdid tiegħek jew taż-żejt tiegħek jew l-ewwel imweldin mill-baqar u min-nagħaġ tiegħek+ jew xi waħda mill-offerti b’wegħda li twiegħed jew l-offerti volontarji tiegħek+ jew il-kontribuzzjoni taʼ idek.+ 18 Imma tieklu quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek u l-Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek; u thenna+ quddiem Ġeħova Alla tiegħek b’kull xogħol li tagħmel. 19 Oqgħod attent li ma tabbandunax lil-Levita+ kemm iddum tgħix fuq artek.
20 “Meta Ġeħova Alla tiegħek ikabbar it-territorju tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u int tgħid, ‘Ħa niekol il-laħam,’ għax ruħek tixxennaq biex tiekol il-laħam, kulmeta ruħek tixxennaq għalih int tistaʼ tiekol il-laħam.+ 21 Jekk il-post li Ġeħova Alla tiegħek jagħżel biex iqiegħed ismu+ hemmhekk ikun ’il bogħod minnek, oqtol ftit mill-baqar tiegħek jew ftit min-nagħaġ tiegħek li tak Ġeħova, sewwasew bħalma kkmandajtek, u kul ’il ġewwa minn bwiebek kulmeta ruħek tixxennaq għalih.+ 22 Huwa biss kif jittieklu l-għażżiela u ċ-ċerv li tistaʼ tieklu:+ kemm min mhux nadif+ u kemm min hu nadif jistaʼ jieklu. 23 Biss kun deċiż b’mod sod li ma tikolx id-demm,+ għax id-demm hu r-ruħ+ u ma tistax tiekol ir-ruħ mal-laħam. 24 Tiklux. Għandek tferrgħu fl-art bħall-ilma.+ 25 Tiklux, sabiex jaħbatlek tajjeb lilek+ u lil uliedek warajk, għax int tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ 26 Għandek iġġorr biss l-affarijiet imqaddsin tiegħek+ li jsiru tiegħek biex toffrihom, u l-offerti b’wegħda,+ u mur fil-post li jagħżel Ġeħova.+ 27 U offri l-offerti tal-ħruq,+ il-laħam u d-demm,+ fuq l-artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek; u d-demm tas-sagrifiċċji tiegħek għandu jissawwab f’riġlejn l-artal taʼ Ġeħova+ Alla tiegħek, imma l-laħam tistaʼ tieklu.
28 “Ħares u obdi dan il-kliem kollu li qed nikkmandak,+ sabiex jaħbatlek tajjeb+ sew lilek u sew lil uliedek warajk għal żmien indefinit, għax int tagħmel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek.+
29 “Meta Ġeħova Alla tiegħek jeqred minn quddiemek il-ġnus li int sejjer għandhom biex tiħdilhom il-proprjetà tagħhom,+ ħudilhom il-proprjetà tagħhom u għammar f’arthom.+ 30 Oqgħod attent li ma tmurx tinqabad fin-nassa warajhom,+ wara li jkunu nġiebu fix-xejn quddiemek, u li ma tmurx tistaqsi dwar allathom u tgħid, ‘Dawn il-ġnus kif kienu jaqdu lil allathom? U jien, iva, jien, se nagħmel l-istess.’ 31 Tagħmilx hekk lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax huma jagħmlu lil allathom kull ħaġa li Ġeħova jistkerrah u jobgħod, għax saħansitra lil uliedhom subien u bniet jaħarquhom regolarment fin-nar lil allathom.+ 32 Kull kelma li qed nikkmandakom għandkom toqogħdu attenti li tagħmluha.+ Iżżidux magħha u tnaqqsux minnha.+