Atti
24 Ħamest ijiem wara, niżel il-qassis il-kbir Ananija+ maʼ xi xjuħ u maʼ kelliemi pubbliku, ċertu Tertullu, u dawn taw lill-gvernatur+ xi tagħrif+ kontra Pawlu. 2 Meta ssejjaħ, Tertullu beda jakkużah u jgħid:
“Aħna qed ingawdu paċi+ kbira permezz tiegħek u bil-ħsieb tiegħek qed iseħħu riformi f’dan il-ġens, 3 u aħna, il-ħin kollu u kullimkien, nilqgħuhom bl-akbar ringrazzjament, Wisq Eċċellenti+ Feliċ. 4 Imma biex ma ntellfekx iktar, nitolbok tismagħna ftit bil-qalb tajba tiegħek. 5 Għax sibna li dan ir-raġel hu bħall-pesta+ u jqajjem ir-rewwixti+ fost il-Lhud kollha fl-art abitata u hu mexxej ewlieni tas-setta tan-Nazzareni.+ 6 Ipprova wkoll jipprofana t-tempju+ u aħna ħtafnieh taħt idejna. 7 *—— 8 Int tistaʼ tinterrogah u ssir taf mingħandu dak kollu li qed nakkużawh dwaru.”
9 Għal dan il-kliem, il-Lhud ngħaqdu wkoll fl-attakk u bdew isostnu li dan kien minnu. 10 Meta l-gvernatur għamel sinjal lil Pawlu biex jitkellem, dan wieġeb:
“Naf tajjeb li dan il-ġens kellu lilek bħala mħallef għal bosta snin, u għalhekk nitkellem bla diffikultà fid-difiża tiegħi+ dwar dak li jinvolvi lili. 11 Għax int qiegħed f’pożizzjoni li ssir taf li m’ilix iktar minn tnax-il jum li tlajt inqim+ f’Ġerusalemm; 12 u la sabuni fit-tempju+ nargumenta maʼ xi ħadd u lanqas fis-sinagogi jew fil-belt niġmaʼ xi marmalja.+ 13 Lanqas ma jistgħu jagħtuk prova+ taʼ dak li qed jakkużawni bih issa. 14 Imma nammetti dan miegħek li, skond dik it-triq li huma jsejħulha ‘setta,’ b’dan il-mod qed nagħti servizz sagru lill-Alla taʼ missirijieti,+ għax nemmen dak kollu li hemm imniżżel fil-Liġi+ u miktub fil-Profeti; 15 u għandi tama+ f’Alla, bħalma għandhom huma wkoll, li se jkun hemm irxoxt+ kemm tan-nies sewwa+ u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.+ 16 Iva, minħabba f’hekk, qed nitħarreġ kontinwament biex inkun konxju+ li la noffendi lil Alla u lanqas lill-bnedmin. 17 Għaldaqstant, wara għadd ġmielu taʼ snin, ġejt inġib għotjiet taʼ ħniena lil ġensi kif ukoll xi offerti.+ 18 Waqt li kont qed nagħmel dan, ma sabunix f’xi folla jew f’xi rewwixta, imma mnaddaf b’mod ċerimonjali fit-tempju.+ Iżda hemm xi Lhud mid-distrett taʼ l-Asja 19 li jmisshom qegħdin preżenti quddiemek biex jakkużawni jekk għandhom xi ħaġa kontrija.+ 20 Inkella, ħa jgħidu l-irġiel stess li qegħdin hawnhekk x’ħażen sabu fija x’ħin kont quddiem is-Sinedriju, 21 ħlief rigward dan il-kliem li jien għajjatt waqt li kont wieqaf f’nofshom, ‘Minħabba l-irxoxt tal-mejtin qed niġi ġudikat quddiemkom illum!’”+
22 Madankollu, Feliċ,+ billi kien jaf tajjeb dwar din it-Triq,+ ħalla l-każ tagħhom għal darb’oħra u qalilhom: “Meta jinżel Lisja,+ il-kmandant militari, niddeċiedi dwar dawn il-kwistjonijiet li jinvolvu lilkom.” 23 U ordna lill-fizzjal taʼ l-armata biex iżomm lir-raġel arrestat, imma jagħtih ftit iktar libertà u ma jżomm lil ħadd minn niesu milli jdur bih.+
24 Xi jiem wara, ġie Feliċ+ maʼ martu Drusilla, li kienet Lhudija,+ u bagħat għal Pawlu u qagħad jisimgħu jitkellem dwar it-twemmin fi Kristu Ġesù.+ 25 Imma meta tkellem dwar is-sewwa+ u r-rażna+ u l-ġudizzju+ li ġej, Feliċ beżaʼ u qallu: “Għalissa mur, imma meta jkolli ċ-ċans nerġaʼ nibgħat għalik.” 26 Iżda, fl-istess ħin kien qed jittama li Pawlu jagħtih xi flus.+ Għalhekk, kien jibgħat għalih iktar taʼ spiss u kien joqgħod jitkellem miegħu.+ 27 Imbagħad, meta kienu għaddew sentejn, Porċju Festu laħaq flok Feliċ; u peress li Feliċ xtaq jingħoġob+ mil-Lhud, ħalla lil Pawlu marbut.