LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 11/15 pp. 12-16
  • Ħalli l-Kontroll Fuqek Innifsek Jeżisti u Jfur

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħalli l-Kontroll Fuqek Innifsek Jeżisti u Jfur
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Huwa Importanti imma Mhux Faċli
  • Kontroll Fuqna Nfusna Rigward l-​Emozzjonijiet Tagħna
  • L-​Emozzjonijiet Tiegħek u Ħutek
  • Huwa Possibbli!
  • Il-kontroll Fuqek Innifsek—Għala Tant Importanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nikkultivaw il-Frott tal-Kontroll Fuqna Nfusna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sabiex Tirbaħ il-Premju, Eżerċita r-Rażna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Żid maʼ l-Għarfien ir-Rażna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 11/15 pp. 12-16

Ħalli l-Kontroll Fuqek Innifsek Jeżisti u Jfur

“Ipprovdu lill-​fidi tagħkom . . . kontroll fuqkom infuskom.”—2 PIETRU 1:​5, 6.

1. Kristjan f’liema sitwazzjoni mhix tas-​soltu jistaʼ jagħti xiehda?

ĠESÙ qal: “Se tiġu msejħin quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, bħala xiehda lilhom.” (Mattew 10:18) Li kieku tiġi msejjaħ quddiem xi gvernatur, xi mħallef, jew xi president, dwar liema ħaġa kont titkellem? Forsi l-​ewwel dwar il-​għala kont tinsab hemm, l-​akkuża kontra tiegħek. L-​ispirtu t’Alla se jgħinek biex tagħmel dan. (Luqa 12:​11, 12) Imma tistaʼ timmaġina li titkellem dwar il-​kontroll fuqek innifsek? Tikkunsidrah int dak bħala parti importanti mill-​messaġġ Kristjan tagħna?

2, 3. (a) Kif ġara li Pawlu setaʼ jagħti xiehda lil Feliċ u Drusilla? (b) Il-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu għala kien suġġett xieraq għal Pawlu biex jitkellem dwaru f’dik is-​sitwazzjoni?

2 Ikkunsidra eżempju li ġara veru. Wieħed mix-​xhieda taʼ Jehovah ġie arrestat u mgħoddi ġuri. Meta ngħata opportunità biex jitkellem, hu ried jispjega t-​twemmin tiegħu bħala Kristjan, bħala xhud. Int tistaʼ teżamina r-​rakkont bil-​miktub u se ssib li hu ta testimonjanza legali “dwar it-​tjieba u l-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu u l-​ġudizzju li ġej.” Aħna qegħdin nirreferu għall-​esperjenza tal-​appostlu Pawlu f’Ċesarija. Kien hemm interrogazzjoni inizjali. “Xi jiem wara Feliċ wasal maʼ Dru silla martu, li kienet Lhudija, u bagħat għal Pawlu u semgħu dwar it-​twemmin fi Kristu Ġesù.” (Atti 24:24) L-​istorja tirrapporta li Feliċ “kien jipprattika kull xorta taʼ krudeltà u żina, billi jeżerċita l-​poter taʼ sultan bl-​istinti kollha taʼ rsir.” Hu kien iżżewweġ darbtejn qabel meta ġiegħel lil Drusilla tiddivorzja lil żewġha (bi ksur tal-​liġi t’Alla) u ssir it-​tielet mara tiegħu. Forsi kienet hi li riedet tismaʼ dwar ir-​reliġjon il-​ġdida, il-​Kristjanità.

3 Pawlu ssokta jitkellem “dwar it-​tjieba u l-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu u l-​ġudizzju li ġej.” (Atti 24:25) Dan għamel ovvju l-​kuntrast taʼ bejn il-​livelli retti t’Alla u l-​krudeltà u l-​inġustizzja li Feliċ u Drusilla kienu parti minnhom. Pawlu forsi ttama li jqanqal lil Feliċ biex juri ġustizzja fil-​każ li kellu quddiemu. Imma għala tkellem dwar il-​“kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu u l-​ġudizzju li ġej”? Din il-​koppja immorali kienu qegħdin jistaqsu x’jinvolvi “twemmin fi Kristu Ġesù.” Mela huma kellhom bżonn ikunu jafu li biex wieħed isegwih jirrikjedi li jrażżan il-​ħsibijiet, il-​kliem, u l-​azzjonijiet tiegħu, għax dak hu li jfisser il-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu. Il-​bnedmin kollha jridu jagħtu kont lil Alla taʼ dak li jaħsbu, li jgħidu, u li jagħmlu. B’hekk, iktar importanti minn kwalunkwe ġudizzju minn Feliċ fil-​każ taʼ Pawlu kien il-​ġudizzju li kienu jiffaċċjaw il-​gvernatur u martu quddiem Alla. (Atti 17:​30, 31; Rumani 14:​10-12) Mhux taʼ b’xejn li meta semaʼ l-​messaġġ taʼ Pawlu, “Feliċ sar beżgħan.”

Huwa Importanti imma Mhux Faċli

4. Il-​kontroll fuqna nfusna għala hu parti importanti mill-​Kristjanità vera?

4 L-​appostlu Pawlu rrikonoxxa l-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu bħala parti vitali mill-​Kristjanità. L-​appostlu Pietru, wieħed mill-​imseħbin mill-​qrib taʼ Ġesù, ikkonferma dan. Meta kiteb lil dawk li kellhom ‘isiru mxerkin fin-​natura divina’ fis-​sema, Pietru ħeġġeġ li wieħed juri ċerti kwalitajiet li kienu essenzjali, bħalma huma l-​fidi, l-​imħabba, u l-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu. Għalhekk, il-​kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu kien ­involut f’din l-​assiguranza: “Jekk dawn l-​affarijiet jeżistu fikom u jfuru, m’humiex se jħallukom tkunu jew m’intomx attivi jew bla frott rigward il-​għarfien eżatt tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.”—2 Pietru 1:​1, 4-8.

5. Għala għandna nkunu b’mod speċjali kkonċernati dwar il-​kontroll fuqna nfusna?

5 Int taf, madankollu, li hu eħfef li ngħidu li għandna nuru kontroll fuqna nfusna milli attwalment hu li nipprattikawh fil-​ħajjiet tagħna taʼ kuljum. Raġuni waħda hi li l-​kontroll fuqna nfusna hu relattivament kwalità rari. Fit-​2 Timotew 3:​1-5 Pawlu ddeskriva attitudnijiet li kellhom ikunu prevalenti fi żmienna, “fl-​aħħar jiem.” Traċċa waħda li kellha tikkaratterizza lill-​perijodu tagħna hi li ħafna se jkunu “mingħajr kontroll fuqhom infushom.” Dan narawh jiġi vverifikat kull fejn indawru wiċċna, hux tassew?

6. In-​nuqqas taʼ kontroll fuqhom infushom kif inhu muri llum?

6 Ħafna nies jemmnu li hu bażikament sinjal taʼ saħħa li “tesprimi s-​sentimenti tiegħek mingħajr rażna” jew li “tesprimi emozzjonijiet qawwijin jew rabja bil-​forza.” Il-​ħarsa tagħhom hi rinforzata minn nies prominenti li huma dejjem fl-​aħbarijiet, li donnhom jinjoraw il-​kontroll fuqhom infushom taʼ kull xorta, u li sempliċement jimxu fuq l-​impulsi tagħhom. Biex nagħtu tixbieha: Ħafna li jħobbu l-​isport professjonali saru mdorrijin b’turijiet bla rażan tal-​emozzjoni, saħansitra dagħdigħa vjolenti. Ma tistax tiftakar, għall-​anqas mill-​gazzetti, każi fejn ġlied aħrax jew xeni taʼ marmalji żbroffaw fi ġrajjiet sportivi? Il-​punt tagħna, iżda, ma jirrikkjedix li nqattgħu ħafna ħin nirrevedu eżempji taʼ nuqqas taʼ kontroll li wieħed għandu fuqu nnifsu. Int tistaʼ tagħmel lista taʼ ħafna oqsma li fihom għandna bżonn nuru kontroll fuqna nfusna—il-​konsum tagħna taʼ ikel u xorb, il-​kondotta tagħna mas-​sess oppost, u l-​ħin li nqattgħu u l-​flus li nonfqu f’passatempi. Imma minflok sempliċement ma neżaminaw fuq fuq ħafna minn dawn l-​oqsma, ejjew neżaminaw qasam primarju wieħed li fih irridu nuru kontroll fuqna nfusna.

Kontroll Fuqna Nfusna Rigward l-​Emozzjonijiet Tagħna

7. Liema aspett tal-​kontroll fuqna nfusna jixraqlu attenzjoni speċjali?

7 Ħafna minna b’mod raġonevoli kellna suċċess f’li nirregolaw jew inrażżnu l-​azzjonijiet tagħna. Aħna ma nisirqux, ma nċedux għall-​immoralità, jew nikkommettu qtil; nafu x’inhi l-​liġi t’Alla dwar ħażen bħal dan. Kemm għandna suċċess, iżda, f’li nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna? Maż-​żmien, dawk li jonqsu li jikkultivaw kontroll fuqhom infushom fejn jidħlu l-​emozzjonijiet taʼ spiss jitilfu l-​kontroll fuqhom infushom rigward l-​azzjonijiet tagħhom. Mela ejjew niffokaw fuq l-​emozzjonijiet tagħna.

8. Jehovah x’jistenna minna rigward l-​emozzjonijiet tagħna?

8 Alla Jehovah ma jistenniex li aħna nkunu bħal robots, li la jkollna u lanqas nuru kwalunkwe emozzjoni. Fejn il-​qabar taʼ Lażżru, Ġesù “tniegħed fl-​ispirtu u sar inkwetat.” Imbagħad “Ġesù qabiżlu d-​dmugħ.” (Ġwann 11:​32-38) Hu wera emozzjoni differenti ħafna meta, b’kontroll perfett fuq l-​azzjonijiet tiegħu, hu saq lis-​sarrafa tal-​flus ’il barra mit-​tempju. (Mattew 21:​12, 13; Ġwann 2:​14-17) Id-​dixxipli leali tiegħu wkoll urew emozzjonijiet profondi. (Luqa 10:17; 24:41; Ġwann 16:​20-22; Atti 11:23; 12:​12-14; 20:​36-38; 3 Ġwann 4) Madankollu, huma rrealizzaw il-​bżonn taʼ kontroll fuqhom infushom sabiex l-​emozzjonijiet tagħhom ma jwassluhomx għad-​dnub. Efesin 4:26 jagħmel dan ċar ħafna: “Kunu mimlijin korla, u madankollu tidinbux; tħallux ix-​xemx tinżel bikom fi stat ipprovokat.”

9. Għala hu tant importanti li nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna?

9 Hemm periklu li Kristjan jistaʼ jidher li qed juri kontroll fuqu nnifsu fil-​waqt li, fil-​fatt, l-​emozzjonijiet tiegħu jiġru bih. Ftakar fir-​rispons meta Alla approva s-​sagrifiċċju taʼ Abel: “Kajjin saħan b’rabja kbira, u l-​espressjoni taʼ wiċċu bdiet titqarras. Għal dan Jehovah qal lil Kajjin: ‘Għala int sħun bir-​rabja u għala qarrast l-​espressjoni taʼ wiċċek? Jekk iddur biex tagħmel it-​tajjeb, mhux se jkun hemm eżaltar? Imma jekk ma ddurx biex tagħmel it-​tajjeb, hemm id-​dnub jitbaxxa fid-​daħla, u għalik hi x-​xenqa tiegħu.’” (Ġenesi 4:5-7) Kajjin naqas li jikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħu, li wasslu biex joqtol lil Abel. Emozzjonijiet m’humiex ikkontrollati wasslu għal għemil mhux ikkontrollat.

10. X’titgħallem mill-​eżempju taʼ Ħaman?

10 Ikkunsidra, ukoll, eżempju minn taʼ żmien Mordekaj u Ester. L-​uffiċjal li kien jismu Ħaman sar irrabjat għax Mordekaj ma kienx imil quddiemu. Iktar tard Ħaman b’mod żballjat ħaseb li kien se jiġi muri favur. “Ħaman ħareġ dak in-​nhar mimli ferħ u hieni fil-​qalb; imma malli Ħaman ra lil Mordekaj ħdejn ix-​xatba tas-​sultan u li ma qamx u ma theżhiżx minħabba fih, Ħaman kien minnufih mimli dagħdigħa kontra Mordekaj. Madankollu, Ħaman żamm kontroll fuqu nnifsu u daħal f’daru.” (Ester 5:​9, 10) Hu malajr ħass l-​emozzjoni tal-​ferħ. Madankollu kien ħafif ukoll biex iħoss dagħdigħa malli sempliċement ra lil wieħed li kellu għalih. Taħseb int li meta l-​Bibbja tgħid li Ħaman “żamm kontroll fuqu nnifsu” riedet tfisser li hu kien eżemplari f’li jżomm kontroll fuqu nnifsu? Xejn affattu. Għal dak il-​mument, Ħaman ikkontrolla l-​azzjonijiet tiegħu u xi turija taʼ emozzjoni, imma naqas li jikkontrolla d-​dagħdigħa għajjura tiegħu. L-​emozzjonijiet tiegħu wassluh biex jikkomplotta qtil.

11. Fil-​kongregazzjoni taʼ Filippi, liema problema kienet teżisti u x’setaʼ wassal għaliha?

11 B’mod simili, nuqqas taʼ kontroll taʼ emozzjonijiet illum jistaʼ jagħmel ħsara kbira lill-​Kristjani. ‘O,’ xi wħud jistgħu jħossu, ‘dik ma tkunx problema fil-​kongregazzjoni.’ Imma kienet fil-​passat. Żewġ Kristjani midlukin ġo Filippi kellhom differenza serja, li l-​Bibbja ma tiddeskrivix x’kienet. Immaġina din bħala possibiltà: Evodja stiednet lil xi aħwa għal ikla jew għal serata pjaċevoli. Sintike ma kinetx mistiedna, u ħassitha mweġġaʼ. Forsi hi rreaġixxiet billi ma stednitx lil Evodja f’okkażjoni iktar tard. Imbagħad it-​tnejn bdew ifittxu l-​iżbalji taʼ xulxin; maż-​żmien, huma bil-​kemm kienu jitkellmu. Fi sfond bħal dak, kienet il-​problema bażika tkun in-​nuqqas taʼ stedina għal ikla? Le. Dik kienet tkun biss il-​ġamra. Meta dawn iż-​żewġ aħwa midlukin naqsu li jikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħhom, il-​ġamra saret nar ġo foresta. Il-​problema ppersistiet u kibret sakemm kellu jindaħal appostlu.​—Filippin 4:​2, 3.

L-​Emozzjonijiet Tiegħek u Ħutek

12. Alla għala jagħtina l-​parir li nsibu f’​Ekkleżjasti 7:9?

12 Irridu nammettu li mhux faċli li tikkon trolla l-​emozzjonijiet tiegħek meta tħossok offiż, imweġġaʼ, jew ittrattat bi preġudizzju. Jehovah dan jafu, għax hu osserva r-​relazzjonijiet umani mill-​bidu tal-​bniedem. Alla jagħtina parir: “Tgħaġġilx lilek innifsek fl-​ispirtu tiegħek biex tieħu għalik, għax li wieħed jieħu għalih hu dak li jistrieħ fi ħdan l-​istupidi.” (Ekkleżjasti 7:9) Innota li Alla jagħti attenzjoni l-​ewwel lill-​emozzjonijiet mhux lill-​azzjonijiet. (Proverbji 14:17; 16:32; Ġakbu 1:19) Staqsi lilek innifsek, ‘Għandi nagħti iżjed attenzjoni f’li nikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħi?’

13, 14. (a) Fid-​dinja, x’inhu komuni li jiżżviluppa minħabba nuqqas taʼ kontroll tal-​emozzjonijiet? (b) Liema affarijiet jistgħu jwasslu lil xi Kristjani biex iżommu f’qalbhom?

13 Ħafna nies fid-​dinja li jonqsu li jikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħhom jibdew vendetti​—ġlied aħrax, saħansitra vjolenti, fuq xi azzjoni ħażina vera jew immaġinarja li saret kontra tagħhom stess jew kontra xi ħadd li jiġi minnhom. Ladarba l-​emozzjonijiet jiġru bik, jistgħu jeffettwawk b’mod taʼ ħsara għal żmien twil. (Qabbel Ġenesi 34:​1-7, 25-27; 49:​5-7; 2 Samwel 2:​17-23; 3:​23-30; Proverbji 26:​24-26.) Ċertament il-​Kristjani, huma taʼ liema sfond nazzjonali jew kulturali huma, għandhom jaraw ostilitajiet u piki ħorox bħal dawn bħala żbaljati, ħżiena, li għandhom jiġu evitati. (Levitiku 19:17) Tħares int lejn li tevita li żżomm f’qalbek bħala parti mill-​kontoll fuqek innifsek rigward l-​emozzjonijiet?

14 Bħal fil-​każ taʼ Evodja u Sintike, nuqqas li tikkontrolla l-​emozzjonijiet jistaʼ jwassal għal problemi issa. Waħda oħt tistaʼ tħossha offiża li ma ġietx mistiedna għal festa taʼ tieġ. Jew forsi kien it-​tifel tagħha jew il-​kuġina tagħha li ma kinux inklużi. Jew forsi wieħed ħu xtara karozza mhix ġdida mingħand Kristjan sieħbu u wara ftit taż-​żmien waqfitlu. Hi x’inhi r-​raġuni, dan ġab sentimenti mweġġgħin, l-​emozzjonijiet ma ġewx ikkontrollati, u dawk involuti bdew jitbaqbqu. Issa x’jistaʼ jiġri?

15. (a) Liema konsegwenzi tal-​biki rriżultaw milli xi Kristjani jżommu f’qalbhom għal xulxin? (b) Liema parir tal-​Bibbja hu relatat mat-​tendenza taʼ li wieħed iżomm f’qalbu?

15 Jekk wieħed imbaqbaq ma jaħdimx biex jikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħu u biex jagħmel paċi maʼ ħuh, jistaʼ jibda jżomm f’qalbu. Kien hemm każi fejn Xhud talab biex ma jintbgħatx f’ċertu grupp għall-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni għaliex ma “xtaqx ikun” maʼ xi Kristjan partikulari jew xi familja li jattendu hemm. Kemm hu taʼ niket! Il-​Bibbja tgħid li tkun telfa għall-​Kristjani li jieħdu lil xulxin fil-​qrati tad-​dinja, imma ma tkunx daqstant telfa jekk nevitaw lil xi ħu minħabba xi nuqqas tal-​passat lejna jew lejn xi ħadd li jiġi minna? Juru l-​emozzjonijiet tagħna li aħna npoġġu r-​relazzjonijiet tal-​familja qabel il-​paċi maʼ ħutna? Ngħidu aħna li lesti li mmutu għal oħtna, imma l-​emozzjonijiet tagħna tant iqanqluna li bil-​kemm inkellmuha issa? (Qabbel Ġwann 15:13.) Alla jgħidilna ċar u tond: “Troddu ħażen għal ħażen lil ħadd. . . . Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. Tivvendikawx erwieħkom, maħbubin, imma ċedu għall-​korla.”—Rumani 12:​17-19; 1 Korintin 6:7.

16. Abraham ta liema eżempju tajjeb inkwantu għal li wieħed jittratta mal-​emozzjonijiet?

16 Pass lejn li niksbu mill-​ġdid kontroll fuq l-​emozzjonijiet tagħna huwa li nagħmlu paċi jew li nsibu tarf il-​kawża taʼ l-​ilment, minflok ma nħallu l-​odju jippersisti. Ftakar meta l-​art ma setgħetx tiflaħ il-​merħliet kbar taʼ Abraham flimkien maʼ dawk taʼ Lot, u l-​ħaddiema mikrijin tagħhom għalhekk bdew jiġġieldu. Ħalla Abraham l-​emozzjonijiet tiegħu jegħlbuh? Jew wera l-​kontroll fuqu nnifsu? B’mod taʼ min jammirah, hu ssuġġerixxa soluzzjoni paċifika għall-​konflitt finanzjarju; ħalli kull wieħed ikollu territorju separat. U ta lil Lot l-​ewwel għażla. Bħala prova li Abraham ma kellu ebda odju u li ma baqax iżomm f’qalbu, hu iktar tard mar jiggwerra għan-​nom taʼ Lot.—Ġenesi 13:​5-12; 14:​13-16.

17. Pawlu u Barnabas kif naqsu f’okkażjoni minnhom, imma x’ġara wara?

17 Aħna nistgħu nitgħallmu wkoll dwar il-​kontroll fuqna nfusna minn inċident li kien jinvolvi lil Pawlu u lil Barnabas. Wara li kienu ilhom sħab għal snin sħaħ, huma ma qablux dwar jekk għandhomx jieħdu lil Mark fuq vjaġġ. “Kien hemm tfaqqigħa qawwija taʼ rabja, u b’hekk infirdu minn xulxin; u Barnabas ħa lil Mark miegħu u salpa ’l hemm lejn Ċipru.” (Atti 15:39) Li dawn l-​irġiel maturi naqsu li jikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħhom f’dik l-​okkażjoni għandu jipprovdi twissija għalina. Jekk dan setaʼ jiġri lilhom, jistaʼ jiġri lilna wkoll. Iżda, huma ma ħallewx firda dejjiema tiżżviluppa jew li tikber xi vendetta. Ir-​rakkont bil-​miktub jagħti prova li l-​aħwa nvoluti kisbu mill-​ġdid kontroll fuq l-​emozzjonijiet tagħhom u iktar tard ħadmu flimkien fil-​paċi.—Kolossin 4:10; 2 Timotew 4:11.

18. Jekk jiġu mweġġgħin is-​sentimenti tiegħu, x’jistaʼ jagħmel il-​Kristjan matur?

18 Nistgħu nistennew li jistaʼ jkun hemm sentimenti mweġġgħin, saħansitra li wieħed iżomm f’qalbu, fost il-​poplu t’Alla. Kienu jeżistu fi żminijiet Ebrej u fi żmien l-​appostli. Huma seħħew ukoll fost il-​qaddejja taʼ Jehovah fi żmienna, għax ilkoll kemm aħna imperfetti. (Ġakbu 3:2) Ġesù ħeġġeġ lis-​segwaċi tiegħu biex jaġixxu malajr biex isolvu problemi bħal dawn bejn l-​aħwa. (Mattew 5:​23-25) Imma hu saħansitra aħjar li nevitawhom mill-​bidu billi ntejbu l-​kontroll fuqna nfusna. Jekk tħossok offiż jew imweġġaʼ b’xi ħaġa relattivament żgħira li ħuk jew oħtok qalu jew għamlu, għala ma tipprovax biss tikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħek u sempliċement tinsa kollox? Huwa verament neċessarju li tiffaċċja lill-​persuna l-​oħra, bħal li kieku ma tkunx sodisfatt sakemm dik tammetti li qiegħda fil-​ħażin? Eżattament kemm għandek kontroll fuq l-​emozzjonijiet tiegħek?

Huwa Possibbli!

19. Għala hu xieraq li d-​diskussjoni tagħna kienet iċċentrata fuq li nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna?

19 Ittrattajna primarjament maʼ aspett wieħed tal-​kontroll fuqna nfusna, li nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna. U dak hu qasam ewlieni għaliex li nonqsu li nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna jistaʼ jwassalna biex nitilfu kontroll taʼ lsienna, tal-​impulsi sesswali tagħna, tad-​drawwiet tagħna tal-​ikel, u taʼ ħafna aspetti oħrajn tal-​ħajja fejn irridu nuru kontroll fuqna nfusna. (1 Korintin 7:​8, 9; Ġakbu 3:​5-10) Agħmel kuraġġ, iżda, għax tistaʼ titjieb f’li żżomm kontroll fuqek innifsek.

20. Kif nistgħu nkunu ċerti li titjib huwa possibbli?

20 Jehovah lest li jgħinna. Kif nistgħu nkunu żguri? Sewwa, il-​kontroll fuqna nfusna hu waħda mill-​frottiet tal-​ispirtu tiegħu. (Galatin 5:​22, 23) B’hekk, sal-​punt li naħdmu biex nikkwalifikaw għall-​ispirtu qaddis u nirċevuh mingħand Jehovah u nuru l-​frott tiegħu, sa dak il-​punt nistgħu nistennew li jkollna iktar kontroll fuqna nfusna. Qatt tinsa li Ġesù assigura: “Il-​Missier fis-​sema se jagħti spirtu qaddis lil dawk li qegħdin jistaqsuh!”—Luqa 11:13; 1 Ġwann 5:​14, 15.

21. X’int determinat li tagħmel fil-​futur dwar il-​kontroll fuqek innifsek u l-​emozzjonijiet tiegħek?

21 Timmaġinax li dan se jkun faċli. U jistaʼ jkun iktar iebes għal xi wħud li kienu mrobbijin madwar nies li ma kinux juru kontroll fuq l-​emozzjonijiet tagħhom, għal xi wħud b’temperament li jitqanqal malajr, jew għal xi wħud li qatt ma pprovaw juru kontroll fuqhom infushom. Għal Kristjan bħal dan, li jħalli l-​kontroll fuqu nnifsu jeżisti u jfur jistaʼ jkun taʼ sfida kbira. Madankollu huwa possibbli. (1 Korintin 9:​24-27) Hekk kif noqorbu iżjed u iżjed lejn it-​tmiem tas-​sistema preżenti taʼ affarijiet, tensjonijiet u pressjonijiet se jiżdiedu. Se jkollna bżonn mhux inqas kontroll fuqna nfusna imma iżjed, ħafna iżjed! Eżamina lilek innifsek rigward il-​kontroll fuqek innifsek. Jekk tara oqsma li fihom għandek bżonn titjieb, aħdem fuqhom. (Salm 139:​23, 24) Staqsi lil Alla għal iktar mill-​ispirtu tiegħu. Hu se jisimgħek u se jgħinek sabiex il-​kontroll fuqek innifsek tassew jeżisti u tassew ifur.—2 Pietru 1:​5-8.

Punti għal Riflessjoni

◻ Għala hu tant importanti li tikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħek?

◻ X’tgħallimt mill-​eżempji taʼ Ħaman u taʼ Evodja u Sintike?

◻ X’se tipprova tagħmel onestament jekk jinqalaʼ każ fejn tiġi offiż?

◻ Il-​kontroll fuqek innifsek kif jistaʼ jgħinek tevita li żżomm f’qalbek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja