Ġeremija
20 Issa Pasħur bin Immer,+ il-qassis, li kien ukoll l-indokratur ewlieni fid-dar taʼ Ġeħova,+ qagħad jismaʼ lil Ġeremija hu u jipprofetizza dan il-kliem. 2 Imbagħad Pasħur sawwat lil Ġeremija l-profeta+ u qiegħdu fil-qjud+ li kienu fil-Bieb taʼ Fuq taʼ Benjamin, fid-dar taʼ Ġeħova. 3 Imma ġara li l-għada Pasħur ħeles lil Ġeremija mill-qjud,+ u Ġeremija mbagħad qallu:
“Ġeħova ma jsejjaħlekx+ iktar Pasħur imma Biżaʼ kullimkien.+ 4 Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara se nagħmlek ħaġa tal-biżaʼ għalik innifsek u għal dawk kollha li jħobbuk, u huma żgur jaqgħu quddiem għajnejk+ bis-sejf taʼ l-għedewwa tiegħek;+ u lin-nies kollha taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn is-sultan taʼ Babilonja, u hu jieħu lil xi wħud minnhom fl-eżilju f’Babilonja u joqtol lil oħrajn bis-sejf.+ 5 U kulma għandha maħżun din il-belt u l-prodotti u l-affarijiet prezzjużi kollha tagħha se nagħtihom lil ħaddieħor; u t-teżori kollha tas-slaten taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom.+ U jaħtfuhom bħala priża u jiħduhom u jġorruhom lejn Babilonja.+ 6 U int, O Pasħur, u dawk kollha li joqogħdu f’darek, se tmorru lkoll fil-jasar;+ u tmur f’Babilonja u hemmhekk tmut u hemmhekk tindifen maʼ dawk kollha li jħobbuk,+ għax int ipprofetizzajtilhom il-gideb.’”+
7 Qarraqt bija, O Ġeħova, u jien tqarraqt. Int kont iktar b’saħħtek minni, u rbaħt.+ Il-jum kollu jidħqu bija; kulħadd iwaqqagħni għaċ-ċajt.+ 8 Għax kulmeta nitkellem ikolli ngħajjat. Vjolenza u ħerba ngħajjat.+ Għax minħabba l-kelma taʼ Ġeħova saru jżebilħuni u jiddieħqu bija l-jum kollu.+ 9 U jien għedt: “M’iniex se nsemmih iktar, u ma nitkellimx iżjed f’ismu.”+ U f’qalbi din saret bħal nar jaqbad magħluq f’għadmi; u għejejt inżommha fija, u ma stajtx nissaporti iktar.+ 10 Għax smajt it-tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna.+ Is-sitwazzjoni kienet tal-biżaʼ. “Għidulna, ħa ngħidu fuqu.”+ Kull bniedem mortali li taparsi jgħidli, “Is-sliem għalik!” qiegħed għassa biex jara nitfixkilx+ u jgħid: “Forsi jitqarraq,+ u b’hekk negħlbuh u npattuhielu.” 11 Imma Ġeħova kien miegħi+ bħal wieħed setgħan u tal-biżaʼ.+ Huwa għalhekk li dawk stess li qed jippersegwitawni se jitfixklu u ma jagħmlu xejn kontrija.+ Se jkollhom jistħu ħafna, għax mhux se jirnexxu. L-umiljazzjoni tagħhom se ddum għal żmien indefinit u ma tintesiex.+
12 Imma int, O Ġeħova taʼ l-armati, qed teżamina l-ġust;+ int tara l-kliewi u l-qalb.+ Ħallini nara l-vendetta tiegħek fuqhom,+ għax lilek urejt il-kawża legali tiegħi.+
13 Kantaw lil Ġeħova! Faħħru lil Ġeħova! Għax hu ħeles ruħ il-fqir minn id in-nies il-ħżiena.+
14 Misħut jum twelidi! Ħa ma jitbirikx il-jum li fih wilditni ommi!+ 15 Misħut ir-raġel li ġab l-aħbar tajba lil missieri meta qallu: “Twilidlek iben, tifel!” Tgħidx kemm ġiegħlu jifraħ!+ 16 U dak ir-raġel isir bħall-bliet li Ġeħova waqqaʼ mingħajr ma ddispjaċieh.+ U jkollu jismaʼ l-għajat fil-għodu u l-għajta tal-gwerra f’nofsinhar.+
17 Għala ma qatilnix fil-ġuf, ħalli ommi kienet tkun il-qabar tiegħi u ġufha jibqaʼ bit-tqala għal dejjem?+ 18 Għalfejn ħriġt mill-ġuf+ biex nara xogħol iebes u għali+ u biex jiemi jintemmu fl-għajb?+