Ġenesi
28 Għaldaqstant, Iżakk sejjaħ lil Ġakobb u bierku u ordnalu u qallu: “Tiħux mara mill-bniet taʼ Kangħan.+ 2 Qum, mur il-Fiddien-aram fid-dar taʼ Betwel, missier ommok, u minn hemmhekk ħu mara għalik mill-bniet taʼ Laban, ħu ommok.+ 3 U Alla li Jistaʼ Kollox ibierkek u jġiegħlek tnissel u jkattrek, u int żgur li ssir ġemgħa taʼ popli.+ 4 U jagħtik il-barka t’Abraham,+ lilek u lil nislek miegħek,+ sabiex tieħu f’idejk l-art li qed tgħix fiha bħala barrani+ u li Alla ta lil Abraham.”+
5 Għalhekk, Iżakk bagħat lil Ġakobb, u dan irħielha lejn il-Fiddien-aram, għal għand Laban bin Betwel is-Sirjan,+ ħu Rebekka,+ omm Ġakobb u Għesaw.+
6 Meta Għesaw ra li Iżakk kien bierek lil Ġakobb u bagħtu lejn il-Fiddien-aram biex jieħu mara għalih minn hemmhekk, u li meta bierku, ordnalu u qallu: “Tiħux mara mill-bniet taʼ Kangħan”;+ 7 u li Ġakobb obda lil missieru u ommu u kien fi triqtu lejn il-Fiddien-aram;+ 8 imbagħad Għesaw ra li missieru Iżakk ma kienx kuntent bil-bniet taʼ Kangħan.+ 9 Għalhekk, Għesaw mar għand Ismagħel* u ħa b’martu, minbarra n-nisa l-oħrajn li kellu,+ lil Maħalat, bint Ismagħel, bin Abraham, oħt Nebajot.
10 U Ġakobb kompla fi triqtu ’l barra minn Bir-xeba u baqaʼ sejjer lejn Ħaran.+ 11 U wasal f’ċertu post u ħejja biex iqattaʼ l-lejl hemmhekk għaliex ix-xemx kienet niżlet. Għalhekk, ħa ġebla minn dak il-post u qegħedha flok imħadda taħt rasu u mtedd f’dak il-post.+ 12 U beda joħlom,+ u, ara, kien hemm sellum wieqaf fuq l-art u l-quċċata tiegħu kienet tasal sas-smewwiet; u, ara, kien hemm l-anġli t’Alla telgħin u neżlin fuqu.+ 13 U, ara, kien hemm Ġeħova wieqaf fuqu, u qal:+
“Jien Ġeħova l-Alla t’Abraham u l-Alla taʼ Iżakk.+ L-art li qiegħed mimdud fuqha, se nagħtiha lilek u lil nislek.+ 14 U nislek se jsir bħat-trab taʼ l-art,+ u int se tinfirex lejn il-punent u lejn il-lvant u lejn it-tramuntana u lejn in-nofsinhar,+ u permezz tiegħek u taʼ nislek il-familji kollha taʼ l-art żgur li jitbierku.+ 15 U, ara, jien miegħek u se nħarsek fit-triq kollha li sejjer fiha u se nġibek lura lejn din l-art,+ għax mhux se nitilqek sakemm inkun fil-fatt wettaqt kulma għedtlek.”+
16 Imbagħad Ġakobb qam mir-raqda tiegħu u qal: “Veru hawnĠeħova f’dan il-post u ma kontx naf.” 17 U beda jibżaʼ u żied:+ “Kemm iqanqal biżaʼ dan il-post!+ Din mhix ħlief dar Alla+ u dan hu bieb is-smewwiet.” 18 Għalhekk, Ġakobb qam kmieni fil-għodu u ħa l-ġebla li kien poġġa bħala mħadda taħt rasu u waqqafha bħala kolonna u sawwab iż-żejt fuqha.+ 19 Imbagħad dak il-post semmieh Betel;*+ imma l-fatt hu li dik il-belt qabel kien jisimha Luż.+
20 U Ġakobb issokta jaħlef ħalfa,+ u qal: “Jekk Alla jibqaʼ miegħi u jħarisni f’din it-triq li sejjer fiha u jagħtini ħobż x’niekol u ħwejjeġ x’nilbes+ 21 u nerġaʼ lura fis-sliem lejn dar missieri, imbagħad Ġeħova jkun wera li hu Alla tiegħi.+ 22 U din il-ġebla li jien waqqaft bħala kolonna se ssir dar t’Alla;+ u kulma tagħtini żgur li nagħtik wieħed minn kull għaxra minnu.”+