Salmi
Lid-direttur. Taʼ David. Melodija.
109 O Alla li jien infaħħar,+ tibqax sieket.+
2 Għax fomm il-wieħed mill-agħar u fomm il-qarrieq infetħu kontrija.+
Tkellmu dwari bi lsien il-gideb;+
3 Dawruni bi kliem taʼ mibegħda,+
U jiġġieldu miegħi għalxejn b’xejn.+
10 Uliedu żgur ikollhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn;+
U jittallbu
U joħorġu jfittxu l-ikel mill-postijiet imħarbtin fejn joqogħdu.+
11 Ħalli min silfu l-flus jiħodlu kulma għandu b’makakkerija,+
U ħalli l-istranġieri+ jisirqulu l-prodott tat-taħbit tiegħu.+
12 Ħa ma jkollu lil ħadd li jurih qalb tajba bl-imħabba,+
U ħa ma jkunx hemm min iħenn għal uliedu subien bla missier.
15 Ħa jkunu quddiem Ġeħova l-ħin kollu;+
U t-tifkira tagħhom ħa jeqridha mill-art;+
16 Għax ma ftakarx juri qalb tajba bl-imħabba,+
Imma baqaʼ jiġri wara l-bniedem magħkus u fqir+
U dak taʼ qalbu sewda, biex joqtlu.+
17 U baqaʼ jħobb is-saħta,+ u b’hekk ġiet fuqu;+
Ma tgħaxxaqx bil-barka,+
U b’hekk tbiegħdet minnu;+
18 U libes is-saħta bħallikieku l-libsa tiegħu.+
U saret bħal ilmijiet ġo fih+
U bħal żejt f’għadmu.
20 Dan hu l-ħlas mingħand Ġeħova għal dawk li qed jopponuni+
U għal dawk li qed jgħidu l-ħażin kontrija.+
21 Imma int Ġeħova l-Mulej Sovran.+
Ittrattani tajjeb f’ġieħ ismek.+
Eħlisni, għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi kbira.+
28 Ħallihom ilissnu saħta,+ min-naħa tagħhom,
Imma int, min-naħa tiegħek, lissen barka.+
Huma qamu kontrija, imma ħallihom ħa jistħu,+
U ħa jifraħ il-qaddej tiegħek.+