1 Samwel
21 Iktar tard David ġie Nob+ għand Aħimelek, il-qassis; u Aħimelek+ beda jirtogħod meta ltaqaʼ maʼ David, u mbagħad qallu: “Għala qiegħed waħdek, u m’għandek lil ħadd miegħek?”+ 2 U David wieġeb lil Aħimelek, il-qassis: “Is-sultan ikkmandani nagħmel xi ħaġa,+ u qalli, ‘Tħalli lil ħadd ikun jaf b’din il-ħaġa li qed nibagħtek minħabba fiha u li kkmandajtek dwarha.’ U jien għamilt appuntament maż-żgħażagħ għat-tali u t-tali post. 3 U issa, jekk f’idejk għandek ħames ħobżiet, agħtihomli f’idi, jew dak li tistaʼ ssib.”+ 4 Imma l-qassis wieġeb lil David u qallu: “M’għandix ħobż ordinarju f’idejja, imma għandi ħobż qaddis;+ bil-patt li ż-żgħażagħ għall-inqas żammew ruħhom ’il bogħod min-nisa.”+ 5 Għalhekk, David wieġeb lill-qassis u qallu: “Imma n-nisa żammejniehom ’il bogħod minna l-istess bħal qabel meta jien ħriġt+ fuq kampanja militari, u l-iġsma taż-żgħażagħ jibqgħu mqaddsin, għalkemm il-missjoni hi komuni. U kemm hu iktar hekk illum, meta wieħed isir qaddis f’ġismu?” 6 U l-qassis tah dak li kien imqaddes,+ għaliex ma kienx hemm ħobż hemmhekk ħlief il-ħobż tal-preżenza li kien tneħħa minn quddiem Ġeħova+ sabiex jitqiegħed ħobż frisk hemmhekk dakinhar li jitneħħa.
7 Issa wieħed mill-qaddejja taʼ Sawl kien hemmhekk dakinhar, miżmum+ quddiem Ġeħova, u kien jismu Duweg,+ l-Edomi,+ il-kap tar-rgħajja taʼ Sawl.+
8 U David issokta jgħid lil Aħimelek: “U m’għandek xejn hawnhekk li tistaʼ tagħtini, xi lanza jew sejf? Għax f’idi la ħadt is-sejf tiegħi u lanqas l-armi tiegħi, għax il-kwistjoni tas-sultan kienet urġenti.” 9 Għal dan, il-qassis qallu: “Is-sejf taʼ Gulija,+ il-Filisti, li int qtilt fil-pjanura l-baxxa t’Elah+—hawn hu, imgeżwer f’mantell, wara l-efod.+ Jekk trid tieħdu, ħudu, għaliex m’hemmx ieħor ħliefu.” U David issokta jgħidlu: “M’hawnx bħalu. Agħtihuli.”
10 Imbagħad David qam u ħarab+ dakinhar minħabba Sawl, u sa fl-aħħar wasal għand Akis, is-sultan taʼ Gat.+ 11 U l-qaddejja t’Akis bdew jgħidulu: “Dan mhux David, is-sultan+ tal-pajjiż? Mhux dwar dan kienu jwieġbu lil xulxin u jiżfnu+ u jgħidu,
‘Sawl qatel l-eluf,
U David l-għaxriet t’eluf’?”+
12 U David żamm dan il-kliem f’qalbu, u beda jibżaʼ ħafna+ minħabba Akis, is-sultan taʼ Gat. 13 Għalhekk, quddiem għajnejhom+ għamel taʼ bir-ruħu+ li tilef moħħu u beda jaġixxi taʼ miġnun, meta kien taħt idejhom, u qagħad iħażżeż fuq il-bibien taʼ bieb il-belt u ħalla l-bżieq jinżel mad-daqna. 14 Fl-aħħar, Akis qal lill-qaddejja tiegħu: “Hawnhekk qed taraw raġel iġib ruħu taʼ miġnun. Għalfejn ġibtuhuli? 15 Jaqaw għandi bżonn l-imġienen jien, biex ġibtu lil dan sabiex iġib ruħu taʼ miġnun quddiemi? Għandu dan jidħol f’dari?”