Levitiku
12 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk mara toħroġ tqila+ u tiled tifel, ma tkunx nadifa għal sebat ijiem; ma tkunx nadifa bħal fil-jiem tan-nuqqas taʼ safa meta jkollha t-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar.+ 3 U fit-tmien jum, it-tifel irid jiġi ċirkonċiż.+ 4 Tibqaʼ d-dar għal tlieta u tletin jum oħra sabiex tissaffa mid-demm tal-purifikazzjoni. M’għandhiex tmiss xi ħaġa qaddisa, u m’għandhiex tidħol fil-post qaddis sakemm jgħaddu l-jiem tal-purifikazzjoni tagħha.+
5 “‘Issa jekk tiled tifla, ma tkunx nadifa għal erbatax-il jum, bħal meta jkollha t-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar. Tibqaʼ d-dar għal sitta u sittin jum oħra sabiex tissaffa mid-demm tal-purifikazzjoni. 6 Imbagħad meta jgħaddu l-jiem tal-purifikazzjoni tagħha għal iben jew għal bint iġġib għand il-qassis fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa muntun żgħir fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq+ u beċċun jew gamiema+ bħala offerta għad-dnub. 7 U l-qassis irid jippreżenta l-offerta quddiem Ġeħova u jagħmel tpattija għaliha, u hi tkun nadifa mit-tnixxija taʼ demmha.+ Din hi l-liġi dwar dik li tiled tifel jew tifla. 8 Imma jekk ma jkollhiex biex tagħti muntun żgħir, trid tieħu żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen,+ wieħed bħala offerta tal-ħruq u l-ieħor bħala offerta għad-dnub, u l-qassis irid jagħmel tpattija+ għaliha, u hi tkun nadifa.’”