2 Kronaki
34 Tmien+ snin kellu Ġosija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm.+ 2 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn+ Ġeħova u mexa fit-triqat taʼ David, missieru;+ u ma żvijax lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.+
3 U fit-tmien sena tar-renju tiegħu, meta kien għadu tifel,+ beda jfittex+ lil Alla taʼ David, missieru; u fit-tnax-il sena beda jnaddaf+ lil Ġuda u lil Ġerusalemm mill-postijiet għall-qima*+ u mill-arbli sagri+ u mix-xbihat minquxin+ u mill-istatwi magħmulin minn metall imdewweb. 4 Barra minn hekk, ġarrfu quddiemu l-artali+ tal-Bagħalim;+ u qaċċat l-artali taʼ l-inċens+ li kienu ’l fuq minnhom; u l-arbli sagri+ u x-xbihat minquxin+ u l-istatwi magħmulin minn metall imdewweb kissirhom biċċiet u għamilhom trab,+ u mbagħad raxxu fuq wiċċ il-postijiet fejn indifnu dawk li kienu joffrulhom is-sagrifiċċji.+ 5 U l-għadam+ tal-qassisin ħarqu fuq l-artali tagħhom.+ Hekk naddafhom lil Ġuda u lil Ġerusalemm.
6 Ukoll, fil-bliet taʼ Manasse,+ Efrajm,+ Simegħon, u sa Naftali, fil-postijiet magħmulin ħerba taʼ madwarhom, 7 hu saħansitra ġarraf l-artali+ u l-arbli sagri,+ u x-xbihat minquxin+ farrakhom u għamilhom trab;+ u l-artali taʼ l-inċens+ kollha qaċċathom fl-art kollha taʼ Israel, u mbagħad mar lura Ġerusalemm.
8 U fis-sena tmintax+ tar-renju tiegħu, meta kien naddaf il-pajjiż u d-dar, bagħat lil Safan,+ bin Asalija, u lil Magħseja, il-kap tal-belt, u lil Ġowaħ, bin Ġowaħaż, ir-reġistratur, biex isewwu+ d-dar taʼ Ġeħova Alla tiegħu. 9 U dawn marru għand Ħilkija,+ il-qassis il-kbir, u tawh il-flus li kienu qed jinġiebu fid-dar t’Alla u li l-Leviti, l-għassiesa tal-bibien,+ kienu ġabru minn id Manasse+ u Efrajm+ u mill-bqija kollha taʼ Israel+ u mingħand in-nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin u mingħand l-abitanti taʼ Ġerusalemm. 10 Imbagħad tawhom f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol u li kienu maħturin fuq id-dar taʼ Ġeħova.+ Mill-banda l-oħra, dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol u li kienu attivi fid-dar taʼ Ġeħova użawhom biex isewwu u jirranġaw id-dar. 11 Għalhekk, tawhom lin-nies tas-sengħa u lill-bennejja+ biex jixtru l-ġebel minġur+ u l-injam għall-irbit u biex jibnu bit-travi d-djar li s-slaten+ taʼ Ġuda kienu għamluhom ħerba.
12 U l-irġiel kienu qed jaġixxu bil-fedeltà+ fix-xogħol; u fuqhom kien hemm maħturin Ġaħat u Għobadija, il-Leviti, minn ulied Merari,+ u Żakkarija u Mesullam, minn ulied il-Keħatin,+ biex jaġixxu bħala indokraturi. U l-Leviti, li kull wieħed minnhom kien espert fl-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant,+ 13 kienu fuq dawk li jġorru t-tagħbija,+ u l-indokraturi+ taʼ dawk kollha li jieħdu ħsieb ix-xogħol għas-servizzi differenti; u mil-Leviti+ kien hemm segretarji,+ uffiċjali, u għassiesa tal-bibien.+
14 Issa waqt li kienu qed joħorġu l-flus+ li kienu qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova, Ħilkija,+ il-qassis, sab il-ktieb+ tal-liġi+ taʼ Ġeħova mogħtija permezz taʼ id Mosè.+ 15 Għalhekk, Ħilkija wieġeb u qal lil Safan,+ is-segretarju: “Sibt il-ktieb tal-liġi fid-dar taʼ Ġeħova.” U Ħilkija ta l-ktieb lil Safan. 16 Imbagħad Safan ħa l-ktieb għand is-sultan u wieġeb lis-sultan u qallu: “Kulma kien fdat f’idejn il-qaddejja tiegħek qed jagħmluh. 17 U huma jbattlu l-flus li jinsabu fid-dar taʼ Ġeħova u jagħtuhom f’idejn l-irġiel maħturin u f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol.”+ 18 U Safan, is-segretarju, kompla jagħti l-aħbar lis-sultan u jgħidlu: “Ħilkija, il-qassis, tani ktieb.”+ U Safan beda jaqra minnu quddiem is-sultan.+
19 U ġara li, malli s-sultan semaʼ l-kliem tal-liġi, hu minnufih ċarrat ħwejġu.+ 20 Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija+ u lil Aħikam,+ bin Safan, u lil Għabdon, bin Mikea, u lil Safan,+ is-segretarju,+ u lil Għasaja,+ il-qaddej tas-sultan, u qalilhom: 21 “Morru staqsu+ lil Ġeħova għan-nom tiegħi+ u għan-nom taʼ dawk li fadal f’Israel u f’Ġuda dwar il-kliem tal-ktieb+ li nstab, għax kbira hi l-korla+ taʼ Ġeħova li se tissawwab kontrina minħabba li missirijietna ma ħarsux il-kelma taʼ Ġeħova u m’għamlux skond kulma hemm miktub f’dan il-ktieb.”+
22 Għaldaqstant, Ħilkija flimkien maʼ dawk li semma s-sultan marru għand il-profetessa+ Ħulda,+ mart Sallum, bin Tikwa, bin Ħarħas, dak li kien jieħu ħsieb l-ilbies,+ waqt li kienet qed tgħammar f’Ġerusalemm fil-parti l-ġdida tal-belt; u qalulha dan. 23 U hi qaltilhom:
“Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Għidu lir-raġel li bagħatkom għandi: 24 “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Se nġib gwaj+ fuq dan il-post u fuq l-abitanti tiegħu,+ is-saħtiet+ kollha li huma miktubin fil-ktieb li qraw quddiem is-sultan taʼ Ġuda,+ 25 talli telquni+ u marru joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn+ sabiex joffenduni+ b’kulma jagħmlu b’idejhom,+ u biex il-korla tiegħi+ tixgħel kontra dan il-post u ma tintefiex.’”+ 26 U lis-sultan taʼ Ġuda, li bagħatkom tistaqsu lil Ġeħova, dan għandkom tgħidulu: “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel+ inkwantu għall-kliem+ li smajt: 27 ‘Talli rattabt qalbek,+ u b’hekk umiljajt+ ruħek minħabba Alla meta smajt kliemu dwar dan il-post u l-abitanti tiegħu, u umiljajt ruħek quddiemi+ u ċarratt+ ħwejġek u bkejt quddiemi, jien, iva, jien, smajtek,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 28 Ara! Se niġbrok maʼ missirijietek, u se tinġabar fis-sliem+ fil-post tiegħek tad-dfin, u għajnejk ma jarawx il-gwaj+ kollu li se nġib fuq dan il-post u l-abitanti tiegħu.’”’”+
Imbagħad wasslu r-risposta lis-sultan. 29 U s-sultan bagħat jiġbor lix-xjuħ kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm.+ 30 Is-sultan issa telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova+ maʼ l-irġiel kollha taʼ Ġuda u l-abitanti taʼ Ġerusalemm u l-qassisin+ u l-Leviti u n-nies kollha, il-kbir kif ukoll iż-żgħir; u beda jaqralhom+ il-kliem kollu tal-ktieb tal-patt li kien instab fid-dar taʼ Ġeħova.+ 31 U s-sultan qagħad wieqaf f’postu+ u għamel il-patt+ quddiem Ġeħova, biex jimxi wara Ġeħova u jħares il-kmandamenti+ u t-testimonjanzi*+ u r-regolamenti tiegħu+ b’qalbu kollha+ u b’ruħu kollha,+ biex iwettaq+ il-kliem tal-patt li kien miktub f’dan il-ktieb.+ 32 Barra minn hekk, hu ġiegħel lil dawk kollha li kienu jinsabu f’Ġerusalemm u f’Benjamin biex jieħdu l-pożizzjoni tagħhom. U l-abitanti taʼ Ġerusalemm aġixxew fi qbil mal-patt t’Alla, l-Alla taʼ missirijiethom.+ 33 Imbagħad Ġosija neħħa l-affarijiet mistkerrhin+ kollha mill-artijiet kollha taʼ wlied Israel,+ u ġiegħel lil dawk kollha li kienu jinsabu f’Israel biex jibdew jagħtu servizz, biex jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom. Tul jiemu kollha huma ma żvijawx milli jsegwu lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom.+