2 Tessalonikin
3 Fl-aħħarnett, aħwa, komplu itolbu għalina,+ biex il-kelma taʼ Ġeħova+ tibqaʼ tixtered bil-ħeffa+ u tkun glorifikata bħalma fil-fatt hi fostkom; 2 u biex ninħelsu minn bnedmin mill-agħar li jagħmlu l-ħsara,+ għax mhux kulħadd għandu l-fidi.+ 3 Imma l-Mulej hu leali, u jissodakom u jħariskom mill-Ħażin.+ 4 Iktar minn hekk, għandna fiduċja+ fikom fil-Mulej, li qed tagħmlu u se tibqgħu tagħmlu dak li nordnawlkom.+ 5 Jalla l-Mulej ikompli jidderieġi lil qlubkom b’suċċess fl-imħabba+ t’Alla u fis-sabar+ li għandkom bżonn biex taqdu lill-Kristu.
6 Issa qed nordnawlkom,+ aħwa, f’isem il-Mulej Ġesù Kristu, biex twarrbu+ minn kull ħu li hu miexi bid-diżordni+ u mhux skond it-tradizzjoni li rċivejtu mingħandna.+ 7 Għax intom stess tafu kif għandkom timitawna,+ għax ma ġibniex ruħna bid-diżordni fostkom+ 8 lanqas ma kilna b’xejn mingħand ħadd.+ Għall-kuntrarju, bit-taħbit u t-tbatija+ lejl u nhar ħdimna biex ma nkunu taʼ piż finanzjarju għal ħadd minnkom.+ 9 Mhux għax m’għandniex awtorità,+ imma sabiex noffrulkom lilna nfusna bħala eżempju biex timitawna.+ 10 Fil-fatt, ukoll, meta konna magħkom, konna nordnawlkom dan:+ “Min ma jridx jaħdem, ma jikolx.”+ 11 Għax qed nisimgħu li xi wħud qed jimxu bid-diżordni+ fostkom; m’humiex jaħdmu imma jindaħlu fejn ma jesagħhomx.+ 12 Lil nies bħal dawn nordnawlhom u nwissuhom fil-Mulej Ġesù Kristu biex jaħdmu bil-kwiet u jieklu l-ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.+
13 Min-naħa tagħkom, aħwa, tiqfux tagħmlu dak li hu sewwa.+ 14 Imma jekk xi ħadd ma jobdix dak li qed ngħidulkom+ b’din l-ittra, lil dan żommuh immarkat+ u tibqgħux tissieħbu miegħu,+ biex jistħi.+ 15 Iżda tqisuhx bħala għadu, imma komplu widdbuh+ bħala ħu.
16 Issa jalla l-Mulej tal-paċi nnifsu jagħtikom il-paċi l-ħin kollu b’kull mod.+ Il-Mulej ikun magħkom ilkoll.
17 Din hi t-tislija tiegħi, taʼ Pawlu, minn idi stess,+ li hi sinjal f’kull ittra; hekk nikteb jien.
18 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll.