Numri
25 Issa Israel kien qed jgħammar f’Sittim.+ Imbagħad il-poplu beda jkollu relazzjonijiet immorali mal-bniet taʼ Mowab.+ 2 U n-nisa stiednu lin-nies għas-sagrifiċċji taʼ l-allat tagħhom,+ u n-nies bdew jieklu u jmilu quddiem l-allat tagħhom.+ 3 Għalhekk, Israel intrabat mal-Bagħal taʼ Pegħor;+ u r-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel.+ 4 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu l-kapijiet kollha tal-poplu u oħroġhom fil-beraħ quddiem Ġeħova+ fid-dawl tax-xemx, sabiex Ġeħova jreġġaʼ lura r-rabja taħraq tiegħu minn fuq Israel.” 5 Imbagħad Mosè qal lill-imħallfin taʼ Israel:+ “Kull wieħed minnkom joqtol+ lill-irġiel tiegħu li għandhom xi rabta mal-Bagħal taʼ Pegħor.”
6 Imma, ara, ġie raġel+ minn ulied Israel, u ġab ħdejn ħutu mara Midjanija+ quddiem għajnejn Mosè u quddiem għajnejn il-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, waqt li kienu qed jibku fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 7 Meta Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-qassis, ra dan, hu qam minnufih minn nofs il-ġemgħa u ħa lanza f’idu. 8 Imbagħad mar wara r-raġel taʼ Israel ġot-tinda u nifidhom it-tnejn flimkien, ir-raġel taʼ Israel u l-mara taħt żaqqha. Minħabba f’hekk, il-flaġell minn fuq ulied Israel waqaf.+ 9 U dawk li mietu minħabba l-flaġell kienu erbgħa u għoxrin elf.+
10 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 11 “Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-qassis, reġġaʼ lura l-korla+ tiegħi minn fuq ulied Israel peress li ma ttollera assolutament ebda rivalità lejja f’nofshom,+ u b’hekk jien ma qridtx lil ulied Israel għax ninsisti għal devozzjoni esklużiva.+ 12 Għal din ir-raġuni għid, ‘Ara! Qed nagħtih il-patt taʼ sliem tiegħi. 13 U dan irid iservi bħala l-patt taʼ saċerdozju għal żmien indefinit għalih u għal uliedu warajh,+ minħabba l-fatt li hu ma ttollera ebda rivalità lejn Alla tiegħu+ u għamel tpattija għal ulied Israel.’”+
14 Issa r-raġel Israeli maqtul li nqatel mal-Midjanija kien jismu Żimri, bin Salu, kap ewlieni+ taʼ familja, min-naħa tal-missier, tas-Simegħonin. 15 U l-mara Midjanija li nqatlet kien jisimha Kożbi, bint Żur;+ dan kien kap tat-tribujiet taʼ familja min-naħa tal-missier f’Midjan.+
16 Iktar tard Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 17 “Ħa jinħaqru l-Midjanin, u intom tridu tidorbuhom,+ 18 għaliex huma qed jaħqrukom bil-makakkeriji+ tagħhom li huma wettqu kontrikom b’makakkerija fil-kwistjoni taʼ Pegħor+ u fil-kwistjoni t’oħthom Kożbi,+ bint kap ewlieni taʼ Midjan, li nqatlet+ fil-jum tal-flaġell minħabba l-kwistjoni taʼ Pegħor.”+