Dewteronomju
8 “Kull kmandament li qed nikkmandak illum għandkom toqogħdu attenti li tħarsuh,+ sabiex tibqgħu ħajjin+ u toktru u tidħlu fl-art li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietkom u tiħduha f’idejkom.+ 2 U ftakar fit-triq kollha li Ġeħova Alla tiegħek mexxiek dawn l-erbgħin sena fix-xagħri,+ sabiex jumiljak,+ biex jgħaddik minn prova+ ħalli jkun jaf x’kellek f’qalbek,+ jekk kontx se tħares il-kmandamenti tiegħu jew le. 3 Għalhekk, umiljak u ħalliek tbati l-ġuħ+ u temgħek il-manna,+ li la int ma kont taf biha u lanqas missirijietek ma kienu jafu biha; sabiex iġiegħlek tkun taf li mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova jgħix il-bniedem.+ 4 Il-mantell tiegħek ma qdiemx fuqek, u sieqek ma ntefħitx dawn l-erbgħin sena.+ 5 U int taf tajjeb b’qalbek stess li bħalma raġel jikkoreġi lil ibnu, Ġeħova Alla tiegħek kien qed jikkoreġik.+
6 “U ħares il-kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu+ u billi tibżaʼ minnu.+ 7 Għax Ġeħova Alla tiegħek qed idaħħlek f’art tajba,+ art taʼ widien taʼ l-ilma, għejun u ilmijiet fondi ħerġin għal ġol-pjanura fil-wied+ u ġor-reġjun muntanjuż, 8 art taʼ qamħ u xgħir u dwieli u tin u rummien,+ art taʼ żebbuġ taż-żejt u għasel,+ 9 art li fiha ma tikolx ħobż li jkun skars, li fiha ma jkun jonqsok xejn, art li l-ġebel tagħha hu ħadid u mill-muntanji tagħha taqtaʼ r-ram aħmar.
10 “Meta tkun kilt u xbajt,+ bierek+ lil Ġeħova Alla tiegħek għall-art tajba li tak.+ 11 Oqgħod attent għalik innifsek li ma tinsiex+ lil Ġeħova Alla tiegħek, u b’hekk ma tħarisx il-kmandamenti tiegħu u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu u l-istatuti tiegħu li qed nikkmandak illum;+ 12 li ma tmurx tiekol u tixbaʼ, u tibni djar tajbin u tgħammar fihom,+ 13 u l-baqar tiegħek u n-nagħaġ tiegħek jiżdiedu, u jiżdidulek il-fidda u d-deheb, u jiżdiedlek kulma hu tiegħek; 14 u qalbek titkabbar+ u tabilħaqq tinsa lil Ġeħova Alla tiegħek, li ħarġek mill-art taʼ l-Eġittu, minn dar l-ilsiera;+ 15 li ġiegħlek timxi fix-xagħri kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ bi sriep velenużi+ u skorpjuni u b’ħamrija niexfa, bla ilma; li ħariġlek l-ilma mill-blata taż-żnied;+ 16 li temgħek il-manna+ fix-xagħri, li missirijietek ma kinux jafu biha, sabiex jumiljak+ u sabiex jgħaddik minn prova ħalli jagħmillek il-ġid iktar ’il quddiem;+ 17 u int tgħid f’qalbek, ‘Il-qawwa tiegħi stess u s-setgħa kollha taʼ idi stess kisbuli dan il-ġid.’+ 18 U ftakar f’Ġeħova Alla tiegħek, għaliex hu li jagħtik il-qawwa biex tikseb il-ġid;+ sabiex jitwettaq il-patt tiegħu li ħalef lil missirijietek, bħalma baqaʼ jagħmel sa llum.+
19 “U jrid iseħħ li jekk int tinsa għalkollox lil Ġeħova Alla tiegħek u, fil-fatt, timxi wara allat oħrajn u taqdihom u tmil quddiemhom, jien nixhed kontrikom illum li żgur tgħibu.+ 20 Bħall-ġnus li Ġeħova qed jeqred minn quddiemkom, hekk se tgħibu, għaliex ma tisimgħux minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.+