Ekkleżjasti
2 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Issa, ħa nipprova nieħu gost,+ u ngawdi wkoll affarijiet tajbin.”+ U, ara! Dan ukoll kien frugħa. 2 Lid-daħq għedtlu: “Ġenn!”+ u lill-ferħ:+ “X’jiswa?”
3 Fittixt b’qalbi kollha x’inhi l-bluha billi ferraħt lil ġismi bl-inbid,+ waqt li ggwidajt lil qalbi bl-għerf,+ sakemm stajt nara x’kien hemm tajjeb għal ulied il-bnedmin f’dak li għamlu taħt is-smewwiet il-jiem kollha taʼ ħajjithom.+ 4 Dħalt għal xogħlijiet akbar.+ Bnejt ħafna djar+ u ħawwilt ħafna għelieqi bid-dwieli għalija nnifsi.+ 5 Għamilt ġonna u oqsma għalija,+ u fihom ħawwilt kull xorta taʼ siġar tal-frott. 6 Għamilt għadajjar taʼ l-ilma,+ sabiex insaqqi bihom is-siġar li kienu qed jikbru fil-foresta tiegħi.+ 7 Ksibt qaddejja rġiel u nisa,+ u kelli qaddejja li twieldu f’dari.+ Barra minn hekk, kelli wkoll kotra kbira taʼ bhejjem, baqar u mrieħel, iktar minn dawk kollha li ġew qabli f’Ġerusalemm.+ 8 Ġmajt ukoll għalija fidda u deheb,+ u proprjetà li jkollhom biss is-slaten u l-provinċji.+ Ksibt għannejja rġiel u nisa+ għalija nnifsi, u ħafna nisa—l-għaxqa+ taʼ wlied il-bnedmin.+ 9 U kbirt u żidt dak li kelli iktar minn kulmin kien qabli f’Ġerusalemm.+ Iżjed minn hekk, għerfi baqaʼ għandi.+
10 U kulma xtaqu għajnejja ma ċħadthulhomx.+ Lil qalbi ma ħallejtha nieqsa mill-ebda tip taʼ pjaċir, għax qalbi kienet ferħana minħabba x-xogħol iebes kollu tiegħi,+ u dan kien sehmi għax-xogħol iebes kollu tiegħi.+ 11 U jien, iva, jien, dort lejn ix-xogħlijiet kollha li għamlu idejja u lejn ix-xogħol iebes li kont tħabatt biex inwettaq,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-riħ,+ u ma kien hemm xejn taʼ vantaġġ taħt ix-xemx.+
12 U dort biex nara l-għerf+ u l-ġenn u l-bluha;+ għax x’jistaʼ jagħmel il-bniedem ordinarju li jiġi wara s-sultan? Dak li diġà għamlu nies oħrajn. 13 U jien rajt li hemm iktar vantaġġ fl-għerf milli fil-bluha,+ bħalma hemm iktar vantaġġ fid-dawl milli fid-dlam.+
14 Kulmin hu għaref jara kollox ċar;*+ imma l-istupidu jimxi fi dlam ċappa.+ U jien stess sirt naf li hemm tmiem wieħed li jiġi fuqhom ilkoll.+ 15 U għedt f’qalbi:+ “L-istess tmiem li jiġi fuq l-istupidu+ se jiġi fuqi, iva, fuqi wkoll.”+ Allura jien għala kont sirt għaref iżżejjed+ dak iż-żmien? U għedt f’qalbi: “Dan ukoll frugħa.” 16 Għax la taʼ l-għaref u lanqas taʼ l-istupidu ma se tibqaʼ t-tifkira.+ Fiż-żmien li ġej, żgur li kulħadd se jintesa; u kif se jmut l-għaref? Bħall-istupidu.+
17 U bgħadtha l-ħajja,+ għax mill-ħarsa tiegħi x-xogħol li sar taħt ix-xemx ġab l-għali,+ għax kollox frugħa u ġiri wara r-riħ.+ 18 U jien, iva, jien, bgħadt ix-xogħol iebes kollu li kont qed nitħabat fih taħt ix-xemx+ u li kont se nħalli għall-bniedem li jiġi warajja.+ 19 U min jaf jekk dan hux se jkun għaref jew iblah?+ Imma minkejja dan, hu se jieħu taħt idejh ix-xogħol iebes kollu li jien tħabatt u wrejt l-għerf fih taħt ix-xemx.+ Dan ukoll frugħa. 20 U qalbi bdiet tiddispra+ minħabba x-xogħol iebes kollu li tħabatt fih taħt ix-xemx. 21 Għax hemm il-bniedem li x-xogħol iebes tiegħu għamlu bl-għerf u bl-għarfien u b’kapaċità,+ imma sehmu se jingħata lil bniedem li ma ħadimx iebes fih.+ Dan ukoll frugħa u gwaj kbir.+
22 Għax x’jieħu bniedem tax-xogħol iebes kollu tiegħu u talli b’qalbu qed jistinka biex jaħdem iebes taħt ix-xemx?+ 23 Għax tul jiemu kollha l-attività tiegħu hi taʼ wġigħ u dwejjaq,+ u anki bil-lejl, qalbu ma tistrieħx.+ Dan ukoll m’huwiex ħlief frugħa.
24 Għall-bniedem m’hemm xejn aħjar milli jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin minħabba x-xogħol iebes tiegħu.+ Jien rajt li dan ukoll ġej minn id l-Alla l-veru.+ 25 Għax min jiekol+ u jixrob aħjar minni?+
26 Għax lill-bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-midneb tah ix-xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-Alla l-veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+