Lid-direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Fuq Ix-Xebbiet. Għanja.
46 Alla hu għalina kenn u saħħa,+
Għajnuna li tistaʼ tinstab malajr matul l-inkwiet.+
2 Għalhekk ma nibżgħux, għalkemm l-art tinbidel+
U għalkemm il-muntanji jaqgħu f’nofs taʼ baħar vast;+
3 Għalkemm l-ilmijiet tiegħu jitqallbu u jagħmlu r-ragħwa,+
Għalkemm il-muntanji jitriegħdu malli jgħajjat.+ Sela.
4 Hemm xmara li n-nixxigħat tagħha jferrħu l-belt t’Alla,+
It-tabernaklu grandjuż, l-iżjed wieħed qaddis, taʼ l-Iktar Għoli.+
5 Alla qiegħed f’nofs il-belt;+ din mhix se titħarrek.+
Alla jgħinha malli tfiġġ l-għodwa.+
6 Il-ġnus saru storbjużi,+ is-saltniet tħarrku;
Hu semmaʼ leħnu, l-art dabet.+
7 Ġeħova taʼ l-armati qiegħed magħna;+
L-Alla taʼ Ġakobb hu post fl-għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.
8 Ejjew, araw l-attivitajiet taʼ Ġeħova,+
Kif għamel affarijiet taʼ l-istagħġib fuq l-art.+
9 Qed iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art.+
Il-qaws jaqsmu fi tnejn u l-lanza jkissirha biċċiet;+
Il-karrijiet jaħraqhom fin-nar.+
10 “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.+
Se nitgħolla fost il-ġnus,+
Se nitgħolla fl-art.”+
11 Ġeħova taʼ l-armati qiegħed magħna;+
L-Alla taʼ Ġakobb hu post fl-għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.