Ekkleżjasti
4 Erġajt dort sabiex nara l-atti kollha taʼ moħqrija+ li qed isiru taħt ix-xemx, u rajt id-dmugħ tal-maħqurin,+ imma ma kellhomx min ifarraġhom.+ U fuq in-naħa taʼ dawk li kienu jaħqruhom kien hemm il-qawwa, u għalhekk ma kellhomx min ifarraġhom. 2 U fraħt lil dawk li kienu diġà mietu iktar milli lil dawk li kienu għadhom ħajjin.+ 3 U min għadu ma ġiex hu aħjar minnhom it-tnejn,+ għax għadu ma rax l-għemejjel li jġibu l-għali illi qed isiru taħt ix-xemx.+
4 U jien rajt kull xogħol iebes u kull kapaċità fix-xogħol,+ u li dawn jinvolvu l-pika bejn bniedem u ieħor;+ dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.
5 L-istupidu jorbot idejh+ u jiekol laħmu stess.+
6 Aħjar id mimlija bil-mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-xogħol iebes u l-ġiri wara r-riħ.+
7 U rġajt dort sabiex nara l-frugħa taħt ix-xemx. 8 Hemm wieħed waħdu li m’għandu ’l ħadd miegħu;+ lanqas ulied jew aħwa m’għandu,+ imma ma jiqafx jaħdem iebes. Iżjed minn hekk, għajnejh ma jixbgħux bir-rikkezzi:+ “U għal min qed nitħabat u niċċaħħad minn affarijiet tajbin?”+ Dan ukoll frugħa u attività li ġġib l-għali.+
9 Tnejn aħjar minn wieħed,+ għax jiġu premjati tajjeb għax-xogħol iebes tagħhom.+ 10 Għax jekk wieħed minnhom jaqaʼ, l-ieħor jistaʼ jqajjem lil sieħbu.+ Imma wieħed li jkun waħdu, x’jiġrilu jekk jaqaʼ meta ma jkunx hemm min iqajmu?+
11 Iktar minn hekk, jekk tnejn jimteddu flimkien jissaħħnu; imma wieħed waħdu kif jistaʼ jżomm sħun?+ 12 U wieħed li jkun waħdu jistaʼ jingħeleb minn xi ħadd, imma jekk ikunu tnejn flimkien jistgħu jiqfulu.+ Ħabel bi tlieta ma jinqatax malajr fi tnejn.
13 Aħjar tifel fil-bżonn imma għaref+ milli sultan xiħ imma stupidu+ u li m’għadux jagħraf il-bżonn li jiġi mwissi.+ 14 Għax hu ħareġ mill-ħabs u sar sultan,+ għalkemm fis-saltna taʼ l-ieħor kien twieled bħala wieħed taʼ ftit mezzi.+ 15 Rajt lill-ħajjin kollha li mexjin taħt ix-xemx u x’jiġri mit-tifel li jiġi wara u jieħu post is-sultan.+ 16 Bla tmiem kienu n-nies kollha li kien jaħkem fuqhom;+ in-nies li jiġu wara ma jifirħux bih,+ għax dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+