LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 11/1 p. 32
  • Nibbilanċjaw ix-Xogħol u l-Ħin Liberu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nibbilanċjaw ix-Xogħol u l-Ħin Liberu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 11/1 p. 32

Nibbilanċjaw ix-​Xogħol u l-​Ħin Liberu

‘IL-​ĦIN liberu huwa libsa l-​ġmiel tagħha, imma mhux tajjeb li tintlibes kuljum.’ B’dan il-​kliem kittieb anonimu jagħtina eżempju xieraq tal-​valur tal-​ħin liberu. Madankollu, jurina li l-​ħin liberu għandu jkun bilanċjat b’attività produttiva.

Din il-​kwistjoni ssemmiet ukoll minn Salamun, kittieb ispirat tal-​Bibbja. Dan is-​sultan għaref identifika żewġ estremitajiet li għandhom jiġu skansati. L-​ewwel, huwa nnota: “L-​iblah jorbot idejh u jherri ġismu.” (Koħèlet 4:5) Iva, l-​għażż jistaʼ jwassal lil dak li jkun biex jispiċċa jgħix fil-​faqar. Bħala konsegwenza, jistaʼ jipperikola s-​saħħa taʼ l-​għażżien innifsu, saħansitra lil ħajtu stess. Mill-​banda l-​oħra, hemm xi wħud li jissagrifikaw kollox fuq l-​artal tax-​xogħol iebes. Salamun iddeskriva l-​ħidma bla waqfien tagħhom bħala “frugħa u ġiri wara r-​riħ.”—Koħèlet 4:4.

B’raġuni tajba, Salamun irrikkmanda bilanċ: “Aħjar id waħda mimlija u fil-​mistrieħ, milli tnejn imfawwra u fit-​taħbit, u l-​ġiri wara r-​riħ.” (Koħèlet 4:6) Wieħed għandu “jgawdi l-​frott taʼ xogħlu”​—jiġifieri, għandu minn żmien għal żmien jieħu l-​ħin biex igawdi dak li jkun qalaʼ. (Koħèlet 2:24) U għandu jkun hemm affarijiet oħrajn fil-​ħajja barra x-​xogħol sekulari. Il-​familja tagħna jistħoqqilha ftit mill-​ħin tagħna. Salamun enfasizza l-​punt li l-​obbligu ewlieni tagħna hu, mhux ix-​xogħol sekulari, imma s-​servizz lil Alla. (Koħèlet 12:13) Int wieħed minn dawk li jgawdu ħarsa bilanċjata tax-​xogħol?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja