LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 11/1 pp. 30-31
  • Offerta Volontarja għall-Avvanz tal-Qima Pura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Offerta Volontarja għall-Avvanz tal-Qima Pura
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kontribuzzjoni taʼ Materjali u Snajjaʼ
  • Lezzjoni Għalina
  • ‘Agħmel Ħbieb Permezz tar-Rikkezzi bla Tjieba’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Nibnu Lkoll Magħqudin biex Infaħħru lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ l-Eżodu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 11/1 pp. 30-31

Dawn Għamlu r-​Rieda taʼ Jehovah

Offerta Volontarja għall-​Avvanz tal-​Qima Pura

L-​IŻRAELITI raw b’għajnejhom stess il-​qawwa li għandu Jehovah biex isalva l-​ħajjiet. Huma raw l-​ilmijiet tal-​Baħar l-​Aħmar jinferqu mirakolożament, u b’hekk setgħu jaqsmu fuq art niexfa u jaħarbu mill-​armata Eġizzjana. Fuq in-​naħa l-​oħra, setgħu joqogħdu jħarsu minn ċerta distanza ’l bogħod mill-​periklu hekk kif dawk l-​istess ilmijiet reġgħu niżlu lura b’qawwa kbira fuq dawk li kienu qed isegwuhom. Jehovah kien salvalhom ħajjithom!—Eżodu 14:21-31.

B’dispjaċir, iżda, xi Iżraeliti m’apprezzawx biżżejjed dak li kien għamel Alla tagħhom. Waqt li Mosè kien fuq il-​Muntanja Sinaj, huma ppreżentaw id-​deheb tagħhom lil Aron u riduh jagħmlilhom idolu biex iqimuh. Meta reġaʼ lura, Mosè sab lil din il-​folla taʼ ribelli jieklu, jixorbu, jiżfnu, u jmilu quddiem għoġol tad-​deheb! Fi qbil mad-​direzzjoni li ta Jehovah, inqatlu xi 3,000 ruħ​—x’aktarx dawk li kienu minn taʼ quddiem f’li jqajmu l-​irvell. Dak in-​nhar, il-​poplu t’Alla tgħallem lezzjoni importanti dwar il-​bżonn li Jehovah għandu jingħata devozzjoni esklużiva.—Eżodu 32:1-6, 19-29.

Ftit wara din il-​ġrajja, Mosè beda jipprepara biex iwettaq il-​kmand t’Alla ħalli jibni tabernaklu, tinda għall-​qima li setgħet tinġarr minn post għall-​ieħor. Dan il-​proġett taʼ kostruzzjoni kien se jirrikjedi materjali li jiswew ħafna flus u ħaddiema tas-​sengħa. Minfejn kienu se jiġu dawn? U x’nistgħu nitgħallmu minn dan ir-​rakkont Bibliku?

Kontribuzzjoni taʼ Materjali u Snajjaʼ

Permezz taʼ Mosè, Alla kkmanda lill-​Iżraeliti: “Ħudu . . . offerta lill-​Mulej. Kull min jitħajjar jagħti minn qalbu ħa jġib l-​offerti quddiem il-​Mulej.” Liema tip taʼ offerti? Fost l-​affarijiet li semma Mosè kien hemm deheb, fidda, ram, ħajt għall-​insiġ, drapp, ġlud, injam, u ħaġar prezzjuż.—Eżodu 35:5-9.

L-Iżraeliti kienu jifilħu jagħtu ferm iktar minn din il-​kontribuzzjoni ġeneruża. Ftakar ftit, meta telqu mill-​Eġittu, huma ħadu magħhom affarijiet tad-​deheb u l-​fidda, kif ukoll ħafna ħwejjeġ. Tabilħaqq, huma “neżżgħu lill-​Eġizzjani.”a (Eżodu 12:35, 36) Qabel, l-​Iżraeliti kienu taw id-​deheb tagħhom minn jeddhom biex jagħmlu idolu għall-​qima falza. Kienu issa se juru li kienu daqstant ħerqanin biex jagħmlu offerta għall-​avvanz tal-​qima vera?

Innota li Mosè ma qalilhomx l-​ammont preċiż li kull wieħed kellu jagħti, u lanqas ma ġiegħel lin-​nies iħossu sens taʼ ħtija jew mistħija sabiex jiġu motivati biex jagħtu. Minflok, hu sempliċement għamel sejħa lil “kull min jitħajjar jagħti minn qalbu.” Evidentement, Mosè ma ħass ebda bżonn li jisforza lill-​poplu t’Alla. Kien fiduċjuż li kull wieħed u waħda minnhom kienu se jagħtu dak kollu li setgħu.—Qabbel it-2 Korintin 8:10-12.

Madankollu, il-​proġett taʼ bini kien se jirrikjedi iktar minn għoti taʼ materjali. Jehovah qal ukoll lill-​Iżraeliti: “Ħa jersqu n-​nies kollha tas-​sengħa li hemm fostkom u jagħmlu dak kollu li ordna l-​Mulej.” Iva, dan il-​proġett taʼ bini kien jeħtieġ xogħol tas-​sengħa. Tabilħaqq, kull tip taʼ “sengħa”​—inkluż xogħol fl-​injam u fil-​ħadid, u tqegħid tal-​ħaġar prezzjuż—​kien se jkun meħtieġ biex jitlesta dan il-​proġett. M’għandniex xi ngħidu, Jehovah kien se jidderieġi t-​talenti tal-​ħaddiema, u l-​kredtu għas-​suċċess tal-​proġett bix-​xieraq kellu jingħata lilu.—Eżodu 35:10, 30-35; 36:1, 2.

L-Iżraeliti wieġbu bil-​ħerqa għall-​istedina biex jagħtu kemm mir-​riżorsi u kemm mis-​snajjaʼ tagħhom. Ir-​rakkont Bibliku jistqarr: “Kull min ħass f’qalbu u tħajjar f’ruħu, ġieb offerta lill-​Mulej biex issir it-​tinda tal-​laqgħa u l-​ħwejjeġ għas-​servizz u l-​ilbies sagru. U ġew, rġiel u nisa, dawk kollha li tħajjru jagħtu minn qalbhom.”—Eżodu 35:21, 22.

Lezzjoni Għalina

Illum ix-​xogħol tremend taʼ l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla qiegħed jitwettaq bl-​appoġġ taʼ donazzjonijiet volontarji. Taʼ spiss, dawn ikunu fi flus. F’każi oħrajn, aħwa Kristjani jużaw l-​esperjenza kbira tagħhom biex jgħinu fil-​kostruzzjoni taʼ Swali tas-​Saltna, Swali taʼ l-​Assembleat, u faċilitajiet tal-​fergħat. Imbagħad hemm ix-​xogħol li jsir f’iktar minn mitt dar Betel madwar id-​dinja, xogħol li jinvolvi ħafna snajjaʼ differenti. Dawk kollha li minn qalbhom għamlu offerti bħal dawn jistgħu jibqgħu ċerti li Jehovah m’huwiex se jinsa x-​xogħol iebes tagħhom!—Lhud 6:10.

L-istess japplika għas-​sehem li kull wieħed minna għandu fil-​ministeru Kristjan. Ilkoll kemm aħna mħeġġin biex nirbħu ż-​żmien sabiex ikollna sehem żeluż fl-​ippridkar. (Mattew 24:14; Efesin 5:15-17) Xi wħud jagħmlu dan bħala evanġelizzaturi full-time, jew pijunieri. Minħabba ċ-​ċirkustanzi tagħhom, oħrajn ma jistgħux iqattgħu ħin fil-​ministeru daqskemm jistgħu l-​pijunieri. Minkejja dan, huma wkoll qed jogħġbu lil Jehovah. L-​istess bħal fil-​każ tal-​kontribuzzjonijiet għat-​tabernaklu, Jehovah ma jispeċifikax l-​ammont preċiż li kull wieħed għandu jagħti. Dak li jirrikjedi, iżda, hu li kull wieħed minna jaqdih b’qalbu, b’ruħu, b’moħħu, u b’saħħtu kollha. (Mark 12:30) Jekk aħna qed nagħmlu dan, nistgħu nibqgħu ċerti li hu se jippremjana għall-​offerti volontarji li nagħmlu biex navanzaw il-​qima pura.—Lhud 11:6.

[Nota taʼ taħt]

a Dan ma kienx serq. L-​Iżraeliti talbu xi kontribuzzjonijiet mingħand l-​Eġizzjani, u dawn tawhomlhom minn rajhom. Barra minn hekk, ladarba l-​Eġizzjani qatt ma kellhom dritt ijassru lil Iżrael, huma kellhom jagħtu l-​ħlas dovut lill-​poplu t’Alla għas-​snin taʼ xogħol iebes tagħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja