Levitiku
3 “‘U jekk l-offerta tiegħu tkun sagrifiċċju taʼ sħubija,*+ jekk jippreżentaha mill-merħla tal-baqar, sew jekk raġel u sew jekk mara, għandu jippreżenta offerta bla difett+ quddiem Ġeħova. 2 U jrid iqiegħed idu fuq ras+ l-offerta tiegħu, u din tinqatel fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa; u wlied Aron, il-qassisin, iroxxu d-demm dawramejt fuq l-artal. 3 U hu jippreżenta ftit mis-sagrifiċċju taʼ sħubija bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova, jiġifieri, ix-xaħam+ li jiksi l-imsaren, saħansitra x-xaħam kollu taʼ fuq l-imsaren,+ 4 u ż-żewġ kilwiet+ u x-xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-ġenbejn. U x-xaħam taʼ mal-fwied ineħħih flimkien mal-kliewi. 5 U wlied Aron+ jaħarqu+ dan kollu fuq l-artal, fuq l-offerta tal-ħruq li qiegħda fuq il-ħatab+ li qiegħed fuq in-nar, bħala offerta b’riħa pjaċevoli+ lil Ġeħova magħmula bin-nar.
6 “‘U jekk l-offerta tiegħu tkun mill-merħla tan-nagħaġ bħala sagrifiċċju taʼ sħubija lil Ġeħova, għandu jippreżenta raġel jew mara, bla difett.+ 7 Jekk jippreżenta muntun żgħir bħala l-offerta tiegħu, allura jrid jippreżentah quddiem Ġeħova.+ 8 U jqiegħed idu fuq ras+ l-offerta tiegħu, u din tinqatel+ quddiem it-tinda tal-laqgħa; u wlied Aron iroxxu demmha dawramejt fuq l-artal. 9 U mis-sagrifiċċju taʼ sħubija jippreżenta x-xaħam tiegħu bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.+ Hu għandu jneħħi d-denb imxaħħam+ kollu kemm hu minn ħdejn is-sinsla, u x-xaħam li jiksi l-imsaren, saħansitra x-xaħam kollu taʼ fuq l-imsaren,+ 10 u ż-żewġ kilwiet u x-xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-ġenbejn. U x-xaħam+ taʼ mal-fwied ineħħih flimkien mal-kliewi. 11 U l-qassis irid jaħraq+ dan kollu fuq l-artal bħala ikel,+ offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.
12 “‘U jekk l-offerta tiegħu tkun mill-mogħoż,+ allura jrid jippreżentaha quddiem Ġeħova. 13 U jqiegħed idu fuq rasha,+ u tinqatel+ quddiem it-tinda tal-laqgħa; u wlied Aron iroxxu demmha dawramejt fuq l-artal. 14 U minnha hu jippreżenta bħala l-offerta tiegħu, bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova, ix-xaħam li jiksi l-imsaren, saħansitra x-xaħam kollu taʼ fuq l-imsaren,+ 15 u ż-żewġ kilwiet u x-xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-ġenbejn. U x-xaħam taʼ mal-fwied ineħħih flimkien mal-kliewi. 16 U l-qassis irid jaħraqhom fuq l-artal bħala ikel, offerta magħmula bin-nar bħala riħa pjaċevoli. Ix-xaħam kollu hu taʼ Ġeħova.+
17 “‘Dan hu statut għal żmien indefinit* għall-ġenerazzjonijiet tagħkom, fil-postijiet kollha fejn tgħammru intom: Ma tridu tieklu assolutament ebda xaħam jew demm.’”+