Salmi
Taʼ David.
144 Ikun imbierek Ġeħova l-Blata tiegħi,+
Li qed iħarriġli idejja għall-ġlied,+
Lil subgħajja għall-gwerra;
2 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħi u l-fortizza tiegħi,+
Il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà u Dak li jħarrabni,+
It-tarka+ tiegħi u Dak li fih stkennejt,+
Dak li qed irażżan lil popli taħti.+
Eħlisni u salvani mill-ħafna ilmijiet,+
Minn id il-barranin,+
8 Li fommhom qal dak li mhux veru+
U li leminthom hi l-leminija tal-qerq.+
9 O Alla, għanja ġdida nkantalek.+
Fuq strument b’għaxar kordi ngħannilek,+
10 Int li tagħti s-salvazzjoni lis-slaten,+
Li teħles lil David il-qaddej tiegħek mis-sejf li jagħmel il-ħsara.+
11 Eħlisni u salvani minn id il-barranin,+
Li fommhom qal dak li mhux veru+
U li leminthom hi l-leminija tal-qerq,+
12 Li jgħidu: “Uliedna s-subien huma bħal pjanti żgħar li kibru għalkollox f’żgħożithom,+
Uliedna l-bniet bħal kantunieri minquxin bi stil taʼ palazz,
13 L-imħażen tagħna mimlijin, u jagħtu prodotti taʼ kull xorta,+
L-imrieħel tagħna qed joktru fit-toroq tagħna bl-eluf, għaxart elef għal kull waħda,
14 Il-baqar tagħna tqal, mingħajr ebda ftuq u korriment,+
U m’hemmx għajat taʼ biki fil-pjazez tagħna.+