Ġob
4 U Elifaż+ it-Temani wieġeb u qal:
2 “Jekk wieħed jipprova jgħidlek kelma, tegħja int?
Imma l-kliem min għandu ħila jrażżnu?
5 Imma din id-darba jiġi fuqek, u tegħja;
Jolqot lilek, u titħawwad.
6 M’huwiex ir-rispett tiegħek lejn Alla l-fiduċja tiegħek?
M’hijiex it-tama tiegħek l-integrità+ taʼ mogħdijietek?
7 Ftakar, jekk jogħġbok: Min mill-innoċenti qatt għab?
U fejn kien li r-retti+ qatt tqaċċtu darba għal dejjem?
9 B’nifs Alla jgħibu,
U bl-ispirtu tar-rabja tiegħu jintemmu.
10 Hemm l-għajat taʼ ljun, u l-leħen taʼ ljun fl-aqwa tiegħu,
Imma anki snien l-iljuni b’saħħithom jinkisru.
11 Iljun qed jgħib għax m’hemm ebda priża,
U l-frieħ taʼ ljun jiġu mifrudin minn xulxin.
12 Issa waslitli kelma bis-serqa,
U widinti semgħet tfesfisa minnha,+
13 Fi ħsibijiet inkwetanti minħabba viżjonijiet bil-lejl,
Meta l-bnedmin jorqdu fil-fond.
14 Tkexkixa qabditni, u rogħda,
U mlietli għadmi kollu bit-tkexkix.
15 U spirtu għadda minn fuq wiċċi;
Xagħar ġismi beda jqum xewk xewk.
16 Waqaf u ma ċċaqlaqx,
Imma d-dehra tiegħu m’għarafthiex;
Forma dehret quddiem għajnejja;
Kien hemm il-kalma, u mbagħad smajt leħen:
17 ‘Jistaʼ bniedem mortali jkun iktar ġust minn Alla?
Jew jistaʼ bniedem b’saħħtu jkun iktar nadif minn Dak li għamlu?’
19 Kemm iktar lil dawk li jgħammru fi djar tat-tafal,
Li l-pedament tagħhom qiegħed fit-trab!+
Jitfarrku iktar malajr mill-kamla.
20 Minn fil-għodu sa fil-għaxija jiġu mfarrkin;
Bla ħadd ma jinkwieta għalihom jgħibu għal dejjem.
21 Ma nqatax il-ħabel tat-tinda taʼ ġo fihom?
Imutu għax m’għandhomx għerf.