Ekkleżjasti
11 Ibgħat ħobżok+ fuq wiċċ l-ilmijiet,+ għax wara ħafna jiem int terġaʼ ssibu.+ 2 Agħti sehem minn dak li għandek lil sebgħa, jew anki lil tmienja,+ għax ma tafx liema gwaj jistaʼ jinqalaʼ fuq l-art.+
3 Jekk is-sħab ikun mimli ilma, iferraʼ ħalba xita fuq l-art;+ u jekk siġra taqaʼ+ lejn in-nofsinhar jew jekk lejn it-tramuntana, hemmhekk tkun waqgħet.
4 Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżrax; u min joqgħod iħares lejn is-sħab ma jaħsadx.+
5 Bħalma int ma tafx kif l-ispirtu jaħdem ġo l-għadam f’żaqq mara tqila,+ hekk ukoll ma tafx l-għemil taʼ l-Alla l-veru, li jagħmel kollox.+
6 Iżraʼ ż-żerriegħa tiegħek fil-għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-għaxija;+ għax ma tafx fejn se tirnexxi,+ jekk hux hawnhekk jew hemmhekk, jew jekk hux it-tnejn se jkunu tajbin indaqs.
7 Id-dawl hu ħelu wkoll, u huwa tajjeb għall-għajnejn li jaraw ix-xemx;+ 8 għax jekk bniedem jgħix ħafna snin, ħa jifraħ matulhom kollha.+ U ħa jiftakar fil-jiem mudlama,+ għalkemm jistgħu jkunu ħafna; kull jum li jgħaddi hu frugħa.+
9 Ifraħ,+ żagħżugħ, waqt li għadek żgħir, u ħalli lil qalbek thennik f’jiem żgħożitek, u imxi fit-triqat taʼ qalbek u wara dak li jaraw għajnejk.+ Imma kun af li l-Alla l-veru se jiġġudikak għal dan kollu.+ 10 Għalhekk, neħħi d-dwejjaq minn qalbek, u biegħed l-għali minn ġismek;+ għax iż-żgħożija u l-fjur tal-ħajja huma frugħa.+