Numri
4 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 2 “Għoddu lil ulied Keħat+ minn fost ulied Levi, skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, 3 minn tletin sena+ ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li se jidħlu fil-grupp tas-servizz+ biex jagħmlu x-xogħol fit-tinda tal-laqgħa.
4 “Fit-tinda tal-laqgħa+ dan hu s-servizz taʼ wlied Keħat. Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa: 5 U Aron u wliedu jridu jidħlu meta jkun se jitlaq il-kamp, u jniżżlu l-purtiera li tifred+ u jgħattu biha l-arka+ tat-testimonjanza. 6 U jqiegħdu fuqha għata tal-ġlud tal-bumerin+ u fuqnett jifirxu biċċa drapp blu u jdaħħlulha l-lasti.+
7 “U jifirxu biċċa drapp blu fuq il-mejda+ tal-ħobż tal-preżenza, u jqiegħdu fuqha l-platti,+ il-kwies, l-iskutelli,+ u l-buqari taʼ l-offerta tax-xorb; u l-ħobż+ li hu offerta kontinwa għandu jibqaʼ fuq il-mejda. 8 U fuq dawn iridu jifirxu biċċa drapp lewn l-iskarlat,*+ u jgħattuha b’għata tal-ġlud tal-bumerin+ u jdaħħlulha l-lasti.+ 9 U jieħdu biċċa drapp blu u jgħattu l-gandlier+ tad-dawwala, l-imsiebaħ tiegħu,+ l-imqassijiet tiegħu li jżommu l-ftila,+ ir-reċipjenti għall-ftejjel maħruqin,+ u r-reċipjenti+ kollha għaż-żejt li bihom iħejjuh għas-servizz sagru regolarment. 10 U jqiegħdu lilu u l-għodod kollha tiegħu f’għata tal-ġlud tal-bumerin+ u jpoġġuh fuq injama biex jinġarr. 11 U fuq l-artal tad-deheb+ jifirxu biċċa drapp blu, u jgħattuh b’għata tal-ġlud tal-bumerin+ u jdaħħlulu l-lasti.+ 12 U jieħdu l-għodod+ kollha tal-ministeru li bihom jaqdu regolarment fil-post qaddis, u jqegħduhom f’biċċa drapp blu u jgħattuhom b’għata tal-ġlud tal-bumerin+ u jpoġġuhom fuq injama biex jinġarru.
13 “U jridu jnaddfu l-irmied bix-xaħam fuqu* minn fuq l-artal+ u jifirxu biċċa drapp tas-suf miżbugħ vjola ħamrani fuqu. 14 U jqiegħdu fuqu l-għodod kollha tiegħu li bihom jaqdu regolarment fuqu, ir-reċipjenti għall-ġamar, il-frieket, il-pali, u l-iskutelli, l-għodod kollha taʼ l-artal;+ u jifirxu fuqu għata tal-ġlud tal-bumerin u jdaħħlulu l-lasti.+
15 “U Aron u wliedu jridu jkunu lestew jgħattu l-affarijiet tal-post qaddis+ u l-għodod+ kollha tal-post qaddis meta jkun se jitlaq il-kamp, u mbagħad jidħlu wlied Keħat biex iġorruhom,+ imma ma jridux imissu+ l-affarijiet tal-post qaddis, għax inkella jmutu. Dawn l-affarijiet huma t-tagħbija taʼ wlied Keħat fit-tinda tal-laqgħa.+
16 “U Elegħażar, bin Aron, il-qassis, irid jieħu ħsieb+ iż-żejt+ tad-dawwala, l-inċens ifuħ,+ l-offerta tal-qmuħ offruta regolarment,+ u ż-żejt tad-dlik,+ u jieħu ħsieb ukoll it-tabernaklu kollu u kulma fih, jiġifieri, il-post qaddis u l-għodod tiegħu.”
17 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u jgħidilhom: 18 “Tħallux it-tribù tal-familji tal-Keħatin+ jinqatgħu minn fost il-Leviti. 19 Imma agħmlu dan għalihom sabiex jibqgħu ħajjin u ma jmutux talli jersqu lejn l-affarijiet l-iktar imqaddsin.+ Jidħlu Aron u wliedu, u jagħtuhom lil kull wieħed is-servizz tiegħu u t-tagħbija tiegħu. 20 U m’għandhomx jidħlu jaraw l-affarijiet imqaddsin, lanqas għal mument wieħed biss, għax inkella jmutu.”+
21 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 22 “Għodd lil ulied Gerson,+ iva, għoddhom skond dar missirijiethom, skond il-familji tagħhom. 23 Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom,+ lil dawk kollha li jiġu biex jidħlu fil-grupp tas-servizz ħalli jagħtu servizz fit-tinda tal-laqgħa. 24 Dan hu s-servizz tal-familji tal-Gersonin biex jaqdu u biex iġorru.+ 25 U jridu jġorru d-drappijiet+ tat-tined tat-tabernaklu u t-tinda tal-laqgħa,+ l-għata tagħha+ u l-għata tal-ġild tal-bumerin+ li qiegħed fuqnett fuqha, u l-purtiera+ tad-daħla tat-tinda tal-laqgħa, 26 u l-purtieri+ tal-bitħa u l-purtiera tad-daħla+ tal-bieb tal-bitħa li hi dawramejt mat-tabernaklu u maʼ l-artal, u l-ħbula tat-tined tagħhom u l-għodod tas-servizz kollu tagħhom, u l-affarijiet kollha li bihom isir ix-xogħol regolarment. Dan ikun is-servizz tagħhom. 27 Skond l-ordni t’Aron u taʼ wliedu+ għandu jsir is-servizz kollu taʼ wlied il-Gersonin+ rigward it-tagħbijiet kollha tagħhom u s-servizz kollu tagħhom, u tridu tagħtuhom it-tagħbijiet kollha tagħhom bħala obbligu. 28 Dan hu s-servizz tal-familji taʼ wlied il-Gersonin+ fit-tinda tal-laqgħa, u s-servizz obbligatorju tagħhom qiegħed taħt id-direzzjoni taʼ Itamar,+ bin Aron il-qassis.
29 “U lil ulied Merari+ tirreġistrahom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom. 30 Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom, lil dawk kollha li jidħlu fil-grupp tas-servizz biex jagħtu s-servizz fit-tinda tal-laqgħa.+ 31 U dan hu l-obbligu tagħhom, it-tagħbija tagħhom,+ skond is-servizz kollu tagħhom fit-tinda tal-laqgħa: it-twavel* tal-qafas+ tat-tabernaklu u t-traversi tiegħu,+ il-kolonni,+ u l-pedestalli bl-ingast tiegħu,+ 32 u l-pilastri+ tal-bitħa dawramejt u l-pedestalli bl-ingast,+ l-imsiemer tat-tined,+ u l-ħbula tat-tined tagħhom flimkien mat-tagħmir kollu u s-servizz kollu tagħhom. U skond ismijiethom tagħtuhom it-tagħmir li għandhom l-obbligu li jġorru.+ 33 Dan hu s-servizz tal-familji taʼ wlied Merari+ skond is-servizz kollu tagħhom fit-tinda tal-laqgħa, taħt id-direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-qassis.”+
34 U Mosè u Aron u l-kapijiet ewlenin+ tal-ġemgħa rreġistraw lil ulied il-Keħatin+ skond il-familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 35 minn tletin+ sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li daħlu fil-grupp tas-servizz biex jagħtu s-servizz fit-tinda tal-laqgħa.+ 36 U l-uħud reġistrati skond il-familji tagħhom kienu elfejn, sebaʼ mija u ħamsin.+ 37 Dawn huma l-uħud reġistrati+ minn fost il-familji tal-Keħatin, dawk kollha li jaqdu fit-tinda tal-laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.
38 U l-uħud reġistrati taʼ wlied Gerson+ skond il-familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 39 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-grupp tas-servizz biex jagħtu s-servizz fit-tinda tal-laqgħa,+ 40 l-uħud reġistrati skond il-familji tagħhom, skond dar missirijiethom, kienu elfejn, sitt mija u tletin.+ 41 Dawn kienu l-uħud reġistrati minn fost il-familji taʼ wlied Gerson, dawk kollha li jaqdu fit-tinda tal-laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-ordni taʼ Ġeħova.+
42 U l-uħud reġistrati minn fost il-familji taʼ wlied Merari skond il-familji tagħhom, skond dar missirijiethom, 43 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-grupp tas-servizz biex jagħtu s-servizz fit-tinda tal-laqgħa,+ 44 l-uħud reġistrati skond il-familji tagħhom kienu tlett elef u mitejn.+ 45 Dawn kienu l-uħud reġistrati minn fost il-familji taʼ wlied Merari, li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+
46 L-uħud reġistrati kollha li Mosè u Aron u l-kapijiet ewlenin taʼ Israel irreġistraw bħala Leviti skond il-familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 47 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li ġew biex jagħtu s-servizz taʼ strapazz u s-servizz tal-ġarr tat-tagħbijiet fit-tinda tal-laqgħa,+ 48 l-uħud reġistrati minn fosthom kienu tmint elef, ħames mija u tmenin.+ 49 Ġew reġistrati skond l-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè, kull wieħed skond is-servizz tiegħu u t-tagħbija tiegħu; u ġew reġistrati sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+