1 Kronaki
26 Għat-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien:+ Mill-Koraħin,+ Meselemija,+ bin Kore, minn ulied Asaf. 2 U Meselemija kellu l-ulied: Żakkarija l-ewwel imwieled, Ġedjagħel it-tieni, Żebadija t-tielet, Ġatnijel ir-rabaʼ, 3 Għelam il-ħames, Ġeħoħanan is-sitta, u Eligħeħo-għenaj is-sebaʼ. 4 U Għobed-edom+ kellu l-ulied: Semajja l-ewwel imwieled, Ġeħożabad it-tieni, Ġowaħ it-tielet, Sakar ir-rabaʼ, Netanel il-ħames, 5 Għammijel is-sitta, Issakar is-sebaʼ, u Pegħulletaj it-tmienja; għax Alla kien bierku.+
6 U lil ibnu Semajja twildulu wlied li kienu ħakkiema taʼ dar missierhom, għax kienu rġiel kapaċi u setgħanin. 7 Ulied Semajja, Għotni, Refael, Għobed, Elżabad, li ħutu kienu rġiel kapaċi, Eliħu, u Semakija. 8 Dawn kollha kienu wlied Għobed-edom, huma u wliedhom u ħuthom, irġiel kapaċi li jinqalgħu għas-servizz, tnejn u sittin t’Għobed-edom. 9 U Meselemija+ kellu wlied u aħwa, irġiel kapaċi, tmintax. 10 U Ħosa minn ulied Merari kellu l-ulied. Simri kien il-kap, għax għalkemm ma kienx l-ewwel imwieled,+ missieru ħatru bħala kap;+ 11 Ħilkija t-tieni, Tebalija t-tielet, Żakkarija r-rabaʼ. L-ulied u l-aħwa kollha taʼ Ħosa kienu tlettax.
12 Minn dawn it-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien, il-kapijiet kellhom dmirijiet eżatt bħalma kellhom ħuthom,+ biex jaqdu fid-dar taʼ Ġeħova. 13 Għalhekk, tefgħu x-xorti+ għaż-żgħir l-istess bħalma għamlu għall-kbir skond il-familji tagħhom min-naħa tal-missier,+ għal kull bieb. 14 Imbagħad ix-xorti għan-naħa tal-lvant messet lil Selemija.+ Tefgħu x-xorti għal ibnu Żakkarija,+ kunsillier+ għaqli, u x-xorti li messet lilu kienet għan-naħa tat-tramuntana.+ 15 Lil Għobed-edom messitu n-naħa tan-nofsinhar, u wliedu+ kellhom l-imħażen.+ 16 Lil Suffim u lil Ħosa+ messithom in-naħa tal-punent qrib Bieb Salleket fit-triq ewlenija għat-telgħa, grupp t’għassiesa+ biswit grupp t’għassiesa;+ 17 in-naħa tal-lvant kien hemm sitt Leviti; in-naħa tat-tramuntana, kull ġurnata, erbgħa; in-naħa tan-nofsinhar, kull ġurnata,+ erbgħa; u għall-imħażen,+ tnejn tnejn; 18 għall-portiku n-naħa tal-punent, erbgħa fit-triq ewlenija+ u tnejn fil-portiku. 19 Dawn kienu t-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien taʼ wlied il-Koraħin+ u taʼ wlied Merari.+
20 Inkwantu għal-Leviti, Aħija kien fuq it-teżori+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru u fuq it-teżori taʼ l-affarijiet li tqaddsu.+ 21 Ulied Lagħdan,+ ulied il-Gersoni minn Lagħdan; il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier taʼ Lagħdan il-Gersoni, Ġeħijeli.+ 22 Ulied Ġeħijeli, Żetam u ħuh Ġoel,+ kienu fuq it-teżori+ tad-dar taʼ Ġeħova. 23 Għall-Għamramin, għall-Isħarin, għall-Ħebronin, għall-Użżijelin,+ 24 Sebugħel,*+ bin Gersom, bin Mosè, kien mexxej fuq l-imħażen. 25 Inkwantu għal ħutu, minn Eligħeżer+ kien hemm Reħabija,+ ibnu; Ġesagħija, ibnu; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; u Selomot, ibnu. 26 Dan Selomot u ħutu kienu fuq it-teżori kollha taʼ l-affarijiet li tqaddsu,+ li kienu qaddsu David,+ is-sultan, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier,+ u l-kapijiet taʼ l-eluf u tal-mijiet, u l-kapijiet taʼ l-armata. 27 Mill-gwerer+ u mill-priża+ kienu qaddsu affarijiet għall-manutenzjoni tad-dar taʼ Ġeħova. 28 Kif ukoll kulma kienu qaddsu Samwel, il-veġġent,*+ Sawl, bin Kis, Abner,+ bin Ner, u Ġowab,+ bin Seruja.+ Kulma tqaddes minn xi ħadd kien taħt id-direzzjoni taʼ Selomit* u ħutu.
29 Mill-Isħarin,+ Kenanija u wliedu kienu għad-dmirijiet ’il barra+ mid-dar t’Alla bħala uffiċjali u bħala mħallfin+ fuq Israel.
30 Mill-Ħebronin,+ Ħasabija u ħutu, irġiel kapaċi,+ elf u sebaʼ mija, kienu fuq l-amministrazzjoni taʼ Israel fir-reġjun tal-Ġordan lejn il-punent għax-xogħol kollu taʼ Ġeħova u għas-servizz tas-sultan. 31 Mill-Ħebronin, Ġerijah+ kien il-kap tal-Ħebronin skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom u skond missirijiethom. Fis-sena erbgħin+ tas-saltna taʼ David fittxewhom, u sabu fosthom irġiel qalbenin u setgħanin f’Ġagħżer+ taʼ Gilegħad.+ 32 U ħutu, irġiel kapaċi,+ kienu elfejn u sebaʼ mija, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.+ Għalhekk, David, is-sultan, inkarigahom fuq ir-Rubenin u l-Gadin u nofs it-tribù tal-Manassin,+ għal kull kwistjoni taʼ l-Alla l-veru u kull kwistjoni+ tas-sultan.