2 Kronaki
7 Issa malli Salamun temm jitlob,+ in-nar niżel mis-smewwiet+ u kkonsma l-offerta tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji, u l-glorja taʼ Ġeħova+ mliet id-dar. 2 U l-qassisin ma setgħux jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova+ għaliex il-glorja taʼ Ġeħova kienet imliet id-dar taʼ Ġeħova. 3 U l-ulied kollha taʼ Israel kienu preżenti meta niżel in-nar u l-glorja taʼ Ġeħova kienet fuq id-dar, u minnufih mielu+ fuq il-paviment u nxteħtu wiċċhom fl-art+ u rringrazzjaw lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.”+
4 U s-sultan u l-poplu kollu offrew is-sagrifiċċji quddiem Ġeħova.+ 5 U s-Sultan Salamun issokta joffri s-sagrifiċċju taʼ tnejn u għoxrin elf baqra u mija u għoxrin elf nagħġa.+ B’hekk, is-sultan u l-poplu kollu inawguraw+ id-dar taʼ l-Alla l-veru. 6 U l-qassisin+ kienu weqfin f’posthom jaqdu dmirhom, u l-Leviti+ kienu bl-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant+ lil Ġeħova, li David+ is-sultan kien għamel biex jirringrazzjaw lil Ġeħova, u jgħidu, “għax għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu;” hekk kienu jgħidu meta David kien joffri tifħir permezz tagħhom; u l-qassisin kienu qed idoqqu t-trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiemhom, waqt li l-Israelin kollha kienu bil-wieqfa.
7 Imbagħad Salamun qaddes+ il-parti tan-nofs tal-bitħa li kienet quddiem id-dar taʼ Ġeħova, għax hemmhekk offra l-offerti tal-ħruq+ u l-biċċiet tax-xaħam tas-sagrifiċċji taʼ sħubija,* peress li l-artal tar-ram aħmar+ li kien għamel Salamun ma setax jesaʼ l-offerta tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ+ u l-biċċiet tax-xaħam.+ 8 U f’dik l-okkażjoni Salamun għamel il-festa+ għal sebat ijiem, u Israel kollu miegħu,+ kongregazzjoni kbira ferm+ li ġiet mid-daħla taʼ Ħamat+ u sa mill-wied* taʼ l-Eġittu.+ 9 Imbagħad fit-tmien jum għamlu assemblea solenni,+ għaliex kienu għamlu l-inawgurazzjoni taʼ l-artal għal sebat ijiem u l-festa għal sebat ijiem. 10 U fit-tlieta u għoxrin tas-sebaʼ xahar bagħat lin-nies lejn djarhom, ferħanin+ u jħossuhom tajjeb f’qalbhom minħabba t-tjubija+ li Ġeħova wera maʼ David u maʼ Salamun u mal-poplu tiegħu Israel.+
11 B’hekk, Salamun lesta d-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan;+ u Salamun irnexxa f’kulma kellu f’qalbu li jagħmel rigward id-dar taʼ Ġeħova u d-dar tiegħu stess. 12 Ġeħova issa deher+ lil Salamun matul il-lejl u qallu: “Smajt it-talba tiegħek,+ u għażilt+ dan il-post għalija bħala dar għas-sagrifiċċji.+ 13 Meta nagħlaq is-smewwiet sabiex ma tagħmilx xita+ u meta nordna lill-ġurati biex jibilgħu l-ħxejjex taʼ l-art,+ u jekk nibgħat il-pesta fost il-poplu tiegħi,+ 14 u l-poplu tiegħi,+ li fuqu jissejjaħ ismi,+ jumilja+ ruħu u jitlob+ u jfittex lil wiċċi+ u jdur lura mit-triqat ħżiena tiegħu,+ imbagħad jien nismaʼ mis-smewwiet+ u naħfirlu dnubu,+ u nfejjaq artu.+ 15 Issa għajnejja+ jkunu miftuħin u widnejja+ attenti għat-talb f’dan il-post. 16 U issa nagħżel+ u nqaddes din id-dar sabiex ismi+ jkun hemmhekk għal żmien indefinit,+ u għajnejja u qalbi se jkunu hemmhekk dejjem.+
17 “U jekk int timxi quddiemi, bħalma mexa David,+ missierek, iva, billi tagħmel skond kulma kkmandajtek,+ u tħares ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ 18 jien ukoll nistabbilixxi t-tron taʼ saltnatek,+ bħalma jien għamilt patt maʼ David, missierek,+ meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li jaħkem fuq Israel.’+ 19 Imma jekk intom idduru lura+ u tabbandunaw l-istatuti+ u l-kmandamenti+ tiegħi li tajtkom, u tmorru taqdu lil allat+ oħrajn u tmilu quddiemhom,+ 20 jien ukoll inqaċċatkom minn fuq l-art tiegħi li tajtkom;+ u din id-dar li qaddist għal ismi,+ narmiha minn quddiem wiċċi,+ u nagħmilha bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-popli kollha.+ 21 Inkwantu għal din id-dar li tkun saret ħerba sħiħa,+ kulmin jgħaddi minn ħdejha jistagħġeb u jiċċassa+ u żgur li jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-art u din id-dar?’+ 22 U jkollhom jgħidu, ‘Kien għaliex telqu lil Ġeħova,+ l-Alla taʼ missirijiethom, li kien ħariġhom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u qabdu m’allat+ oħrajn u mielu quddiemhom u qdewhom.+ Huwa għalhekk li hu ġab fuqhom dan il-gwaj kollu.’”+